Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/49107
Title: | Studju soċjolingwistiku dwar il-ħelu f’Malta |
Authors: | Schembri, Alessia |
Keywords: | Sociolinguistics -- Malta Desserts -- Malta -- History Confectionery -- Malta Language and languages -- Sex differences Language and languages -- Age differences |
Issue Date: | 2019 |
Citation: | Schembri, A. (2019). Studju soċjolingwistiku dwar il-ħelu f’Malta (Bachelor’s dissertation). |
Abstract: | L-aktar aspett interessanti u intriganti tal-lingwa huwa propju l-mod ta’ kif tiġi mħaddma minn diversi individwi abbażi ta’ varjabbli differenti. Dan huwa propju dak li ridt nirriċerka fit-teżina tiegħi u għalhekk xtaqt li nittratta qasam li mhux biss hu ta’ interess għalija iżda wkoll li jħajjar l-individwi li kienu ta’ kontribut għall-istudju tiegħi. Ġie fi ħsiebi wieħed mill-aktar oqsma fil-gastronomija għal qalb il-Maltin, fi kliem ieħor dak tal-ħelu. Wieħed ma jistax jiċħad kemm il-Maltin iħobbu lil żaqqhom speċjalment fejn jidħol il-ħelu u huwa magħruf sewwa kif iċ-ċelebrazzjonijiet Maltin imorru id f’id ma’ dan l-aspett. Din it-teżina tagħti ħarsa lejn it-teżijiet ta’ Josette Rapa u Franciana Cassar intitolati Il-Lessiku: Differenzi Djalettali f’Qasam Magħżul tal-1995 u Varjazzjoni Djalettali fil-Qasam Lessikali tal-Ħelu tal-2013 rispettivament. Permezz tagħhom jiġi konkluż jekk hemmx varjetajiet oħra, elementi ġodda u saħansitra dak li kkonkludew għadux relevanti għal-lum il-ġurnata. Dan l-istudju jinkludi mhux biss il-varjabbli soċjolingwistiċi tal-età u l-ġeografija iżda wkoll dak tas-sess għaliex iddeċidejt li ninkludi kemm parteċipanti maskili kif ukoll femminili. Barra minn hekk filwaqt li Rapa stħarrġet sitt lokalitajiet f’Għawdex u Cassar iffukat fuq żoni differenti fiż-Żejtun, dan l-istudju jittratta tliet lokalitajiet fit-Tramuntata, iċ-ċentru u n-Nofsinhar ta’ Malta sabiex tittieħed stampa aktar ġenerali ta’ kif inhi użata l-lingwa f’dan il-qasam. Barra minn hekk inkludejt tliet lokalitajiet oħra li minnhom ħadt informanti żgħażagħ, kemm femminili kif ukoll maskili, sabiex niddetermina d-differenzi ta’ bejniethom. Wara li ksibt l-informazzjoni mill-parteċipanti, ipparagunajt it-tweġibiet kollha, inkluż dawk tal-informanti li għadni kemm semmejt, biex b’hekk inkun nista’ nieħu stampa tas-sitwazzjoni attwali f’dik li hi t-terminoloġija tal-ħelu. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/49107 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2019 Dissertations - FacArtMal - 2019 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
19BAMAL033.pdf Restricted Access | 4.17 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.