Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/49126
Title: | Analiżi tar-rettorika mħaddma minn Dr Eddie Fenech Adami bejn l-1981 u l-1982 |
Authors: | Stagno, Lara |
Keywords: | Fenech-Adami, Edward, 1934 - -- Oratory Rhetoric -- Political aspects -- Malta Political oratory -- Malta Malta -- Politics and government -- 20th century |
Issue Date: | 2019 |
Citation: | Stagno, L. (2019). Analiżi tar-rettorika mħaddma minn Dr Eddie Fenech Adami bejn l-1981 u l-1982 (Bachelor’s dissertation). |
Abstract: | Bħal kull użu prammatiku ieħor ir-rettorika għandha l-kuntest partikolari, xi drabi mqanqal, tagħha. L-isfond jagħti lir-rettorika ġustifikazzjoni u intensità f’mument storiku li ħtieġha bħala għodda pubblika. Id-diskorsi politiċi trattati f’din it-teżina, ippreżentati minn Eddie Fenech Adami matul l-1981 u l-1982, huma relevanti minħabba l-kuntest problematiku, kontroversjali u uniku li seħħew fih: il-kampanja elettorali li wasslet għall-elezzjoni ta’ Diċembru li “pproduċiet riżultat li Mintoff stess stqarr li kien pervers” (Friggieri, “Eddie Fenech Adami” 14) għaliex il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza ta’ siġġijiet fil-Parlament u l-minoranza ta’ voti u l-Partit Nazzjonalista kiseb il-maġġoranza tal-voti u l-minoranza ta’ siġġijiet, b’reazzjonijiet intensi mill-Partit Nazzjonalista, fosthom il-bojkott lil Xandir Malta, l-assenza mill postijiet tax-xogħol fl-Imnarja, l-assenteiżmu parlamentari u “l-‘mass meetings’ verament kbar” (ibid.). L-eżempji li ntgħażlu fit-teżina ma jkoprux ir-ripertorju lingwistiku sħiħ tal-kelliem, iżda għal raġunijiet ta’ spazju kelli dejjem immur għall aktar strateġiji diskursivi prominenti. Pereżempju, fit-tielet kapitlu kelli ndejjaq l analiżi tiegħi dwar l-atti tad-diskors u nillimita ruħi għal partijiet li dehru l-aktar interessanti fil-kuntest ta’ dan l-istudju. Il-kwistjoni ta’ dimensjoni kostituzzjonali u nazzjonali wasslet għal deċiżjonijiet kruċjali u d-diskorsi mqanqlin kienu l-motivazzjoni wara d-deċiżjonijiet li ttieħdu. L integrazzjoni tar-rettorika ma’ deċiżjonijiet kruċjali tidher mill-Perjodu Klassiku fil kultura diskursiva tal-Punent, għaliex l-arti tal-persważjoni affettwat il-fiduċja li l poplu kellu fil-figura pubblika. Apparti dan, minħabba li d-deċiżjonijiet li jittieħdu jinfluwenzaw ħajjet iċ-ċittadini, konsegwentement ir-rettorika għandha titqies fid dawl tal-impatt kbir li tista’ tħalli fuq ħajjithom. Huwa għalhekk li tagħmel parti intrinsika minn kull demokrazija. Minħabba l-vitalità tar-rettorika sa mill-qedem, l ewwel kapitlu ser jittratta l-bażi tar-rettorika, l-istudji ta’ ħassieba u filosofi magħrufa bħal Aristotli u Platun, kif ukoll ħarsa aktar riċenti lejn il-mod kif ir-rettorika tħaddmet minn oraturi famużi bħal John Quincy Adams, Adolf Hitler u Martin Luther King Jr. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/49126 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2019 Dissertations - FacArtMal - 2019 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
19BAMAL035.pdf Restricted Access | 1.09 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.