Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/52281
Title: Il-muzika fil-Bibbja
Authors: Buttigieg, Charles
Keywords: Music in the Bible
Issue Date: 2016
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Buttigieg, C. (2016). Il-muzika fil-Bibbja. Lehen l-Art Imqaddsa, 37(193), 18-23.
Abstract: Il-mużika bil-kant, għanjiet, melodiji daqq u żfin hija lingwa universali tal-emozzjonijiet u s-sentimenti tal-qalb tal-bniedem u hija forma ta’ komunikazzjoni. Il-Knisja wkoll tinkoraġixxi l-ministeru tal-kant fil-liturġija u tal-mużika sagra (ara t-Tra Le Sollecitudini ta’ Piju X fl-1903, il-Mediator Dei ta’ Piju XII fl-1947 u l-Musicae Sacrae ta’ Piju XII fl-1955). Skont it-tradizzjoni rabbinika anke Alla nnifsu jħobb ikanta. Fil-fatt il-kelma ‘salm’ ġejja mill-Grieg psalmos li titraduci l-kelma Ebrajka mizmor li tfisser daqq jew għana bid-daqq (ara Salm 33:1 u Efesin 5:19). Fl-Ebrajk għandna kelma oħra li hija tehillim li tfisser ‘tifħir’ (ara Salm 150). Il-kelma Griega psallo tfisser ‘iddoqq strument tal-kordi billi tiġbidhom’. Il-verb lapap ifisser ‘tilgħab’bl-instrumenti tal-mużika. Il-kelma halil li tfisser ‘ittaqqab’tirreferi għall-instrumenti tal-mużika bl-arja u bir-riħ. Minn din il-kelma halil insibu is-salmi tal-pellegrinaġġ, tal-kant Lhudi il-halel (minn hawn insibu l-kelma ‘Hallelujah’). Ħamsa u ħamsin salm huma marbuta mal-mexxej tal-kant jew is-surmast tal-kor. Il-profeta Isaija f ’6:3 ikollu d-dehra tas-serafini fuq it-tron ta’ Alla ikantaw tliet darbiet qaddis lil Alla. Kliem ieħor fl-Ebrajk li nsibu: jadah (tfaħħar), romam (tifħir), berakah (barka), rinnah (ferh), xir (għanja) u fil-Grieg li nsibu: umnos (innu), ainos (tifħir), epainos (foħrija), eulogia (barka), eksomologeo (radd il-ħajr).
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/52281
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 193 : Lulju-Settembru : 2016
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 193 : Lulju-Settembru : 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il-muzika_fil-Bibbja_2016.pdf381.03 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.