Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/5321
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-10-05T12:48:57Z
dc.date.available2015-10-05T12:48:57Z
dc.date.issued2012
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/5321
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractL-istudju u l-analiżi ta’ kitbiet qodma bil-Malti huwa qasam importanti għall-istudju ta’ lsienna. Dan għaliex, minbarra li nkunu nistgħu nisiltu minnhom tagħrif lingwistiku siewi, li jikxef l-iżvilupp dijakroniku tal-Malti, ikollna wkoll stampa aktar dettaljata tal-istorja ta’ dan l-ilsien. Għalkemm maż-żmien instabu għadd ta’ xogħlijiet qodma bil-Malti, l-aktar minn Ġużè Cassar Pullicino, jibqa’ l-fatt li dan il-qasam għadu fit-tfulija tiegħu u jeħtieġ li ssir aktar riċerka biex jinkixfu u jiġu analizzati għadd ta’ kibiet li għadhom midfunin qalb il-manuskritti fil-Biblijoteka Nazzjonali u fl-arkivji privati. Il-ħajra għal dan is-suġġett nibtet fija sa minn età żgħira, meta n-nanna tiegħi, xi xhur qabel mietet, kienet tatni xi kotba antiki ta’ talb bil-Malti li kienet wirtet. Dawn kienet tathomli għall-fatt li l-Malti minn dejjem kien is-suġġett akkademiku l-aktar għall-qalbi. Dawn il-kotba, li għadni ngħożżhom, xegħlu fija l-ewwel interess għall-kitba antika bil-Malti. Dan l-interess kompla jitħeġġeġ, meta bdejt il-kors tal-Baċellerat fil-Malti fejn, fost suġġetti oħra, kellna t-taqsima-studju tax-Xhieda tal-Malti Miktub. Dan il-qasam jitlob l-istudju tal-eqdem kitbiet bil-Malti u l-analiżi tagħhom, fosthom it-toponimi, il-laqmijiet, id-dagħa, il-prietki u kitbiet oħra. Minn hawn twieldet l-idea li nikteb it-teżi tiegħi b’rabta ma’ dan il-qasam. Meta tkellimt mal-Professur Manwel Mifsud, dan minnufih laqa’ t-talba tiegħi u ssuġġerieli biex niddiskutiha mas-Sur Olvin Vella, li mexxieni biex illum qed nippreżenta dan ix-xogħol. F’dan l-istudju qed nittratta x-xogħol tal-qassis Salvatore Felice Demarco, miktub għall-karnival tal-1760 u li kien jagħmel parti mid-drawwa antika tal- qarċilla. Ix-xogħol tar-riċerka, għalkemm jinvolvi ħafna tiftix, qari, ġbir ta’ informazzjoni u ġiri minn post għall-ieħor, huwa xogħol interessanti u fl-aħħar mill-aħħar jagħtik sodisfazzjon, speċjalment meta tiskopri xi ħaġa ġdida. Mill-banda l-oħra, dan ix-xogħol jista’ jkun ukoll wieħed tedjanti u ta’ qtigħ il-qalb, l-aktar meta tkun qed tfittex xi ħaġa li toħodlok il-ħin, u tispiċċa biex ma ssibx il-materjal jew l-informazzjoni meħtieġa dwarha. Għaldaqstant, dan ix-xogħol jirrikjedi ħafna paċenzja u dedikazzjoni, biex pass wara pass tibni ftit ftit l-informazzjoni li twassal għat-tisħiħ tax-xogħol. L-aktar ħaġa eċċitanti f’dan l-eżerċizzju hi li kull darba li tiftaħ manuskritt, tqalleb il-paġni u xxomm ir-riħa tiegħu, moħħok itir lura fiż-żmien meta nkiteb u tħossok qed tgħix limgħoddi. L-akbar diffikultà li ltqajt magħha f’dan ix-xogħol ma kinitx tinvolvi r-riċerka, iżda kienet it-traskrizzjoni. Ix-xogħol ta’ Dun Feliċ kien ikkupjat bl-idejn minn Injazju Saverju Mifsud, u min ipprova jittraskrivih qabli, bħall-mibki Ġorġ Mifsud Chircop, stqarr kemm sabha ħadma iebsa minħabba l-kaligrafija inkonsistenti u, xi minn daqqiet, ftit imħanżra ta’ I.S. Mifsud.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectDe Marco, Felice Salvatore, 1713-1764en_GB
dc.subjectMaltese language -- 18th centuryen_GB
dc.subjectLinguistics -- Historyen_GB
dc.subjectLanguage and languagesen_GB
dc.titleTaghrif gdid fuq il-kitba Izzueg La Maltia (1760) u analizi lingwistika taghhaen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorFenech, Conrad (2012)
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12BAMAL008.pdf
  Restricted Access
10.72 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.