Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/5337
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-10-06T09:45:44Z-
dc.date.available2015-10-06T09:45:44Z-
dc.date.issued2012-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/5337-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractL-għan ta’ dan l-istudju huwa li juri l-iżvilupp fin-narrattiva ta’ Ġużè Aquilina. Sabiex jintlaħaq dan l-iskop ġew analizzati x-xogħlijiet narrattivi ewlenin li huma relevanti għal dan l-istudju. Ix-xogħlijiet jinkludu ġabra ta’ tlettax-il novella miktuba fuq medda ta’ sebgħa u ħamsin sena (1932-1989) u r-rumanz Taħt Tliet Saltniet li kien miktub fl-1935. Għalkemm saru diversi studji fuq il-letteratura ta’ Aquilina, kważi kollha illimitaw irwieħhom għar-rumanz tiegħu. Mhux biss jinħass in-nuqqas ta’ studju fil-qasam tan-novelli iżda aktar minn hekk ma teżistix ġabra tan-novelli tiegħu. Għal din ir-raġuni l-ewwel pass ta’ dan l-istudju kellu jkun ġabra qasira tax-xogħlijiet qosra tiegħu miġbura l-aktar mill-gazzetti Leħen il-Malti u l-Malti. Ir-rumanz ta’ Aquilina m’ huwiex biss wieħed mill-iktar xogħlijiet importanti fil-letteratura Maltija, iżda għandu sinifikanza fundamentali fin-narrattiva tal-awtur. Infatti f’dan l-istudju Taħt Tliet Saltniet jimmarka svolta fin-narrattiva tiegħu. Minħabba f’hekk, dan l-istudju ġie maqsum fi tliet stadji: (i) ġabra ta’ kitbiet qosra miktuba qabel ir-rumanz (mill-1932 sal-1934), (ii) ir-rumanz (1935), u (iii) ġabra ta’ kitbiet qosra li nkitbu wara r-rumanz (mill-1935 sal-1989). Bl-analiżi ta’ kull stadju, joħroġu fil-beraħ l-iżviluppi tematiċi u stilistiċi fin-narrattiva tal-kittieb. Dan l-istudju jipprovdi kwadru ġenerali tax-xejriet narrattivi ta’ Ġużè Aquilina fid-dawl tal-kritika moderna. Din id-dissertazzjoni fl-ewwel kapitlu tintroduċi l-awtur permezz tal-bijografija tiegħu. It-tieni kapitlu jippreżenta analiżi ddettaljata tal-ewwel sitt xogħlijiet qosra tiegħu miktuba qabel ir-rumanz. It-tielet kapitlu li jitratta r-rumanz jibda billi jagħti ħarsa tal-isfond storiku-politiku taż-żminijiet li fihom inkiteb biex b’hekk meta jiġi analizzat l-isfond storiku tar-rumanz joħorġu l-paralleliżmi ta’ bejniethom u l-implikazzjonijiet tal-kittieb. Dan il-kapitlu jistħarreġ ir-rumanz fid-dawl tad-deskrizzjonijiet, tat-temi u l-istruttura tiegħu bil- ħsieb li jippreżenta stampa ħafifa tal-istil narrattiv u l-karatteristiċi l-aktar relevanti għall-istudju. Ir-raba’ kapitlu janalizza t-tieni sett ta’ novelli miktuba wara r-rumanz u l-aħħar kapitlu jistħarreġ l-intertestwalità tax-xogħlijiet narrattivi.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectAquilina, Ġużè, 1911-1997 -- Criticism and interpretationen_GB
dc.subjectMaltese literature -- 20th centuryen_GB
dc.subjectHistorical fictionen_GB
dc.titleIn-narrattiva ta' Ġuże Aquilinaen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorMejlak, Jake-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12BAMAL013.pdf
  Restricted Access
1.21 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.