Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/5383
Title: L-integrazzjoni fid-dizzjunarju ta' Aquilina tal-ismijiet tal-inhawi migburin fid-Descrittione di Malta ta' Gan Frangisk Abela
Authors: Schembri, Jessica
Keywords: Abela, Giovanni Francesco, 1582-1655
Aquilina, Ġużè, 1911-1997 -- Criticism and interpretation
Toponymy
Encyclopedias and dictionaries, Maltese
Issue Date: 2012
Abstract: Fl-għażla ta’ dan l-ewwel xogħol twil tiegħi żammejt f’moħħi li qabel kollox it-teżi jkollha utilità, sehem fit-tiftix tal-patrimonju ta’ lsienna. Il-proposta li naħdem fuq dizzjunarju storiku mill-ewwel laqtitni, għaliex ħassejt li minn dan it-tip ta’ studju mhux biss stajt nitgħallem jien, iżda oħrajn warajja setgħu jgawdu minn aċċessibilità għall-kliem Malti antik fil-forma ta’ dizzjunarju. Id-damma li qed nippreżenta hija mibnija fuq l-inħawi mxandrin f’Della Descrittione Di Malta Isola nel mare Siciliano con le sue antichità, ed altre notitie, miktub minn Gio Francesco Abela. Dan ix-xogħol, maħruġ f’nofs is-seklu 17, huwa rakkont iddettaljat tal-gżejjer Maltin, fl-isfond ta’ tagħrif storiku, ġeografiku u lingwistiku. Minn dan ix-xogħol miktub bit-Taljan, slitt it-toponomi kollha u xi kliem ieħor antik li Abela jniżżel bil-Malti, skont kif kienu jingħadu b’ilsien il-poplu, u niżżilthom fl-ordni alfabetika. Fil-ftuħ tal-ewwel kapitlu ddiskutejt l-għanijiet ewlenin li għalihom ħdimt f’din il-kitba. Peress li l-għamla tad-dizzjunarju hija waħda toponomastika, ħassejt li jkun għaqli li nagħti tagħrif dwar x’jinvolvi studju dwar l-ismijiet tal-postijiet u dwar xogħlijiet Maltin li saru fuq dan il-qasam minn kittieba Maltin. Minn hemm għaddejt għal spjegazzjoni dwar kif qassamt id-dizzjunarju tiegħi, b’informazzjoni dwar x’jfissru l-kolonni u s-simboli differenti. It-tieni kapitlu hu l-qofol tax-xogħol kollu, id-damma ta’ vokabularju bil-Malti f’xogħol Abela. Fit-tielet kapitlu nagħti ħarsa kronoloġika lejn ħajjet il-kittieb tad-Descrittione, b’dettalji marbuta mal-interess tiegħu f’oqsma differenti ta’ studju, il-ħatriet li ngħata tul iż-żmien u xogħlijiet oħra li fihom ikkollabora. Imbagħad nitkellem fuq il-ktieb innifsu, b’deskrizzjoni ta’ x’jinkorporaw l-erba’ kotba fi ħdan id-Descrittione u kummenti dwar in-‘Notitie’ varji li fihom maqsum il-ktieb. Fis-sezzjoni li ssegwi niddiskuti l-wirt li ħalliet din l-opra. L-importanza lingwistika ta’ dan id-dizzjunarju toħroġ fil-kapitlu analitiku, li fih iddiskutejt fit-tul xejriet rikorrenti ortografiċi, għażliet fonetiċi u morfoloġiċi, bidliet semantiċi u tendenzi lessikali. Minn dan il-kapitlu jistgħu għaldaqstant jinsiltu aspetti kuntrastanti tax-xogħol ta’ Abela f’paragun ma’ kittieba ta’ żmienu, u oħrajn iktar riċenti.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/5383
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12BAMAL019.pdf
  Restricted Access
1.88 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.