Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/5421
Title: It-teatrin f'Malta : temi u tendenzi pubblici : 1934-1964
Authors: Brincat, Rachel
Keywords: Theater -- Malta -- History -- 20th century
Theater -- Malta -- History -- 20th century -- Criticism and interpretation
Theater -- Malta -- Gozo -- History -- 20th century
Issue Date: 2012
Abstract: Nibda billi ngħid li għażilt dan is-suġġett wara li semmejnieh fil-kors tal-B.A., u għalkemm jien personalment ma niftakarx it-teatrini jittellgħu fl-irħula u l-ibliet, stagħġibt kif sirt naf li bosta żmien ilu l-Maltin kellhom diġà interess qawwi fit-teatru. Dan kollu minkejja n-nuqqas ta’ riżorsi u edukazzjoni li kellhom. Il-palk minn dejjem kien jolqot l-interessi tiegħi u saħansitra meta kont iżgħar kont midħla sew tiegħu. Jaffaxxinani l-fatt li għal ftit mumenti l-attur ma jibqax dak li hu, iżda jintilef f’dinja oħra maħluqa temporanjament għall-palk, b’personalità misselfa lilu. B’hekk permezz tal-flessibiltà tiegħu, l-attur ikun qed jesperjenza lid-dinja minn perspettivi differenti, psikoloġiċi, soċjali u l-bqija. Ta’ min jagħmel distinzjoni bejn dak li hu “teatru” u dak li hu “teatrin” f’Malta. Tal-ewwel, kien ġeneru li kienu jmorru għalih in-nies kolti, ta’ skola. Kien ikun organizzat b’mod tajjeb, u x’aktarx li fil-bidu kien isir bit-Taljan. L-udjenza kienet tkun waħda b’ċerta kultura edukata. Dan kien jiswa l-flus biex jinħadem u t-temi kienu jkunu klassiċi, ħafna drabi adattamenti, inkluż xi operetti bit-Taljan. Min-naħa l-oħra, it-“teatrin” kellu karatteristiċi differenti. Dan kien ikun imtella’ minn xi dilettanti, biex jgħaddu ż-żmien f’divertiment differenti. It-teatrin dejjem ittella’ bil-Malti minħabba li dan kien ikun ippreżentat lil udjenza li ma tagħmilx parti mill-klassi l-għolja u li kellha limitazzjonijiet kulturali kbar. It-teatrin kien isir f’postijiet pubbliċi filwaqt li t-testi kienu jkunu miktubin b’mod sempliċi biex jifmuhom il-Maltin, li fil-maġġoranza kbira tagħhom ma kinux nies ta’ skola. Ħafna drabi lanqas l-atturi ma kienu jafu jaqraw u l-partijiet kienu jitgħallmuhom billi xi ħadd (normalment id-direttur) jaqralhom il-partijiet u jimmemorizzawhom. Kien importanti ferm is-sehem tas-suġġeritur, biex jgħinhom meta jeħlu. Diversi lokalitajiet f'Malta kellhom il-kumpaniji teatrali tagħhom u dawn kienu jtellgħu t-teatrini għall-pubbliku ta' dak il-post stess. It-teatrin, għal dak iż-żmien, kien kwazi l-uniku mezz ta' divertiment għall-Maltin u b'hekk dawn kienu jmorru għalih bi ħġarhom. L-għan tat-teżina tiegħi hu li noħloq kuntrasti kif ukoll nara x'kien hemm komuni fit-teatrini ta' lokalitajiet differenti bejn is-snin 1934 u 1964. Għażilt dan il-perjodu partikolari minħabba li fis-sena 1934, waqfet tiffunzjona l-Kumpanija teatrali popolari L'Indipendenza, li kellha sehem kbir fejn jidħol it-teatrin Malti. L-elementi li interessawni kienu t-temi tat-teatrin, l-influwenza tagħhom, is-swali u l-iskritti, kif ukoll il-profil tal-udjenza li kienet tattendi għalihom.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/5421
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12BAMAL004.pdf
  Restricted Access
1.68 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.