Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/5479
Title: | It-tema tal-familja fil-poezija ta' Dun Karm u Oliver Friggieri |
Authors: | Sultana, Jessica |
Keywords: | Maltese poetry -- 20th century Karm, Dun, 1871-1961 -- Criticism and interpretation Friggieri, Oliver, 1947-2020 -- Criticism and interpretation Families in literature |
Issue Date: | 2012 |
Abstract: | Din it-teżina tittratta t-tema tal-familja fil-letteratura b’mod speċjali fil-poeżija ta’ żewġ poeti magħrufa minn żewġ perjodi differenti tul l-istorja. L-ewwel raġuni għaliex għażilt il-familja Maltija bħala s-suġġett ta’ studju tiegħi hija għaliex nagħraf l-importanza li din l-istituzzjoni soċjali kellha matul iż-żminijiet u nemmen li għad għandha utilita` u funzjoni importanti x’taqdi fis-soċjeta` tal-lum. Kif H.Spencer issuġġerixxa, fl-istudju tal-istituzzjonijiet soċjali, il-familja għandha tiġi ttrattata minn tal-ewwel, minħabba n-naturalita` u l-universalita` tagħha. (Spencer, 1910, p. 437- 440) F’Malta, il-familja hija tassew fundamentali, hija l-pedament tas-soċjeta`, hija dik il-ħamrija li mingħajrha ma jistax ikollok xtieli kbar u b’saħħithom. Raġuni prinċipali oħra għaliex iddeċidejt li nistħarreġ it-tema tal-familja hija għaliex f’Malta kien hawn il-kwistjoni tad-divorzju, jiġifieri dwar jekk dan id-dritt għandux jidħol f’Malta jew le. Il-familja kienet waħda mill-aktar suġġetti diskussi matul din l-aħħar sena u għalhekk wasalt biex nagħżel li nagħmel it-teżina tiegħi dwar dan is-suġġett tant għal qalbi. Bla dubju, il-familja Maltija għaddiet u tinsab għaddejja minn bosta bidliet li huma riżultat tal-bidliet fis-soċjeta’ li tinsab fiha. Mhux biss is-soċjeta` Maltija tħalli effett fuq il-familja iżda anki l-bidliet globali jħallu impatt fuq il-familja u li jwassluha biex tinbidel u tieħu forma oħra maż-żmien. X’kien li wassal biex ilkunċett ta’ familja jieħu għamla oħra minn seklu għall-ieħor? |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/5479 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2012 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
12BAMAL021.pdf Restricted Access | 1.07 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.