Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/55305
Title: Kultura jew folklor? : suggerimenti multimodali ghall-klassijiet tas-seba' sena
Authors: Schembri Fava, Yanika
Keywords: Education, Secondary -- Malta
Culture -- Study and teaching -- Malta
Folklore -- Malta
Educational technology -- Malta
Visual literacy -- Malta
Issue Date: 2019
Citation: Schembri Fava, Y. (2019). Kultura jew folklor?: suggerimenti multimodali ghall-klassijiet tas-seba' sena (Master's dissertation).
Abstract: Din ir-riċerka se turi kif minn tmien skejjel, żewġ skejjel indipendenti biss jagħmlu lezzjoni tal-kultura f’lezzjoni għaliha, filwaqt li fi skola tal-Istat u oħra tal-Knisja jorbtu l-lezzjonijiet tal-kultura ma’ oqsma u ħiliet oħra tal-Malti. L-erba’ skejjel l-oħra ma jagħmlu l-ebda lezzjoni tal-kultura : la -b’mod separat u lanqas marbuta ma’ xi qasam jew ħila tal-Malti. Madankollu, dawn l-għalliema, inkonxjament semmew aspetti milli kultura li inkludew matul xi lezzjonijiet milli għamlu mal-istudenti tas-seba’ sena. Dan qaluh f’waħda mill-mistoqsijiet tal-intervisti dwar li lezzjonijiet li għamlu u li interessaw lill-istudenti. Apparti minn hekk, darbtejn fis-sena, l-iskejjel kollha jagħmlu preżentazzjoni f’forma ta’ proġett li jkun marbut ma’ aspett mill-kultura : il-folklor Malti. Dan l-istudju juri kif mill-osservazzjonijiet u mill-intervisti, ħareġ li għall-għalliema u l-istudenti tas-seba’ sena l-unika kultura Maltija li teżisti hija aspetti mill-folklor Malti, ħafna drabi folklor li ilu mejjet is-snin li lanqas l-għalliema qatt ma jkunu esperjenzaw f’ħajjithom. Għaldaqstant, fid-dawl tal-analiżi u l-letteratura nħolqu suġġerimenti pedagoġiċi li jgħinu lill-għalliema fil-preparazzjoni tal-lezzjonijiet tal-kultura b’mod separat, kif ukoll marbuta ma’ xi qasam jew ħila tal-Malti biex anke tinstab soluzzjoni għal min stqarr li ma jagħmel l-ebda lezzjoni tal-kultura. Is-suġġerimenti jiffukaw ukoll fuq ideat multimodali ta’ kif jistgħu jsiru aħjar il-proġetti f’dan il-qasam.
Description: M.TEACHING&LEARNING.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/55305
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19MTL053.pdf
  Restricted Access
6.73 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.