Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/58254
Title: F'relazzjoni hajja ma' Kristu Gesu'
Authors: Ghirlando, Marcello
Keywords: Catholic Church -- Doctrines
Jesus Christ -- Teachings
Bible. New Testament -- Criticism, interpretation, etc.
Issue Date: 2009
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Ghirlando, M. (2009). F'relazzjoni hajja ma' Kristu Gesu'. Lehen l-Art Imqaddsa, 30(166), 25-27.
Abstract: B’differenza minn reliġjonijiet oħra, in-nisrani ma jqegħedx fiċ-ċentru ta’ twemminu t-tagħlim tal-Mulej Ġesù daqs li kieku dan kien xi ideoloġija bħall-oħrajn. Bil-ħajja u bl-ittri tiegħu, San Pawl, l-Appostlu tal-Ġnus, jurina li n-nisrani jintrabat u jqiegħed il-persuna tal-Mulej Ġesù bħala ċ-ċentru u s-sies ta’ twemminu u tal-ħajja tiegħu. Meta Pawlu jikteb l-Ewwel Ittra lill-Korintin, fis-sena 54, meta Ruma tela’ fuq it-tron l-Imperatur Neruni, Pawlu għadda lill-insara tiegħu l-istqarrija tal-fidi tal-Knisja tal-bidu: “Qabel xejn, jien għallimtkom dak li tgħallimt jien, jiġifieri, li Kristu miet minħabba dnubietna, skont l-Iskrittura; difnuh u qam mill-imwiet fit-tielet jum, skont l-Iskrittura. U deher lil Kefa, u mbagħad lit-tnax”(15, 3-5). Stqarrija ta’ fidi li biha Pawlu jistqarr li Kristu miet għalina (“minħabba dnubietna”) u li joffri relazzjoni ħajja miegħu lil kull min jemmen fih (“Kefa, it-Tnax”). Imma huwa Kristu ċ-ċentru ta’ l-istqarrija: mhux bħala dak li huwa l-għajn ta’ xi messaġġ duttrinali astratt imma bħala l-protagonista ewlieni ta’ ġrajjietu, ġrajjiet li jagħtu l-ħajja u l-fidwa lil kull min jemmen fih.F’dan il-kuntest għalhekk, waħda mill-isbaħ espressjonijiet ta’ San Pawl li biha jiddeskrivi l-bidla tremenda li seħħet fih fit-triq lejn Damasku u li sseħħ f’kull nisrani u fina bil-qawwa tas-Sagrament tal-Magħmudija nsibuha f’2 Korintin 5, 17: “Meta wieħed jingħaqad ma’ Kristu, isir ħolqien ġdid; il-qadim għadda u daħal il-ġdid!” L-għarfien ta’ Kristu fil-ħajja ta’ Pawlu u ta’ kull bniedem (“Meta dak li għażilni sa minn ġuf ommi u li sejjaħli bil-grazzja tiegħu, għoġbu jirrivelali lil Ibnu biex jiena nħabbru fost il-ġnus...” ara: Galatin 1, 15-16) jagħmel li jsib ruħu u jgħix “fi Kristu Ġesù”.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/58254
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 166 : Ottubru-Dicembru : 2009
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 166 : Ottubru-Dicembru : 2009

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
F'relazzjoni_hajja_ma_Kristu_Gesu_2009.pdf112.81 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.