Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59064
Title: Ftuħ u Tberik Lejlet it-Tieni Gwerra Dinjija
Other Titles: L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta : bl-istorja u l-istejjer tiegħu
Authors: Vassallo, Mario Thomas
Keywords: Oratory of the Sacred Heart of Jesus (Mosta, Malta)
Caruana, Mauro, Archbishop of Malta, 1867-1943
World War, 1939-1945 -- Malta -- Mosta
World War, 1939-1945 -- Refugees -- Malta -- Mosta
Issue Date: 2016
Publisher: Parroċċa Marija Assunta
Citation: Vassallo, M. T. (2016). Ftuħ u Tberik Lejlet it-Tieni Gwerra Dinjija. In L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta: bl-istorja u l-istejjer tiegħu (pp. 67-82). Mosta: Parroċċa Marija Assunta.
Abstract: Kienu għaddew kwazi tnax-il sena (1928-1940) minn mindu bdew jibnu l-oratorju Qalb ta' Ġesu fiż-żona magħrufa bħala Tal Hmieri biex din l-opra tkun inawgurata uffiċjalment u mbierka solennament. Wasal is-Sibt 8 ta' Ġunju 1940 meta għall-ħabta tal-5:00 ta' waranofsinhar wasal Mons. Arċisqof Dom Mauro Caruana biex jagħti bidu għaċ-ċerimonja tal-ftuħ u t-tberik tal-Oratorju. Għal din l-okkazjoni nġemgħet folla imdaqqsa fil-pjazza ta' quddiemu, ilkoll bi ħrara biex ikunu xhieda ta' din il-ġrajja. Il-banda tat-tfal tal-Istitut ta' San Ġuzepp laqgħet lill-Arċisqof bid-daqq tal-Innu tal-Papa. Hekk kif daħal mir-rixtellu 'l ġewwa ġie milqugħ mill-Arċipriet tal-Mosta Dun Girgor Borg, flimkien mal-kumplament tal-kleru Mosti (Il-Mosta 139: 1990: 5). Fil-merħba li ngħatat ingħaqdu wkoll iż-żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika u tal-Boy Scouts bħala membri taż-żewġ għaqdiet li jiffunzjonaw fi ħdan l-oratorju. Wara l-kant tal-innijiet u ċ-ċapcip ta' merħba, l-Arcisqof Caruana, flimkien ma' Dun Karm Sciberras bħala Direttur, dar dawra mal-kumpless kollu. Huwa bierek il-klassijiet tad-duttrina u s-sala tat-teatrin u għalkemm l-iżjed li dam kien fil-kappella, din ma berikhiex għax kellha titbierek l-għada. Anthony Camilleri (1990: 14) jirrimarka li 'Mons. Arċisqof deher kuntent ħafna u għadu jingħad sal-lum li ġie biex ibierku personalment bħala sinjal ta' apprezzament u stima lejn Dun Karm Sciberras'.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59064
ISBN: 978-99957-0-945-7
Appears in Collections:L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta: bl-istorja u l-istejjer tiegħu

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Ftuħ_u_tberik_lejlet_it_tieni_gwerra_dinjija.pdf1.75 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.