Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59435
Title: Inkomplu niccelebraw lil Miruzzi
Authors: Pirotta, Manoel
Keywords: Miruzzi, Antonio, 1867-1944
Composers -- Malta -- Biography
Miruzzi, Antonio, 1867-1944 -- Death and burial
Issue Date: 2019
Publisher: Senglea : Soċjetà Filarmonika ‘La Vincitrice
Citation: Pirotta, M. (2019). Inkomplu niccelebraw lil Miruzzi. Festa Marija Bambina l-Isla, 2019, 79
Abstract: Permezz tal-artiklu tas-sena l-oħra (p. 77), konna stabbilixxejna d-data preċiża li fiha twieled Mro Antonio Miruzzi; surmast tas-Soċjetà Filarmonica ‘La Vincitrice’ bejn l-1890 u l-1894. Inzerta li dis-sena Miruzzi jagħlaq proprju 75 sena minn mewtu, li ġrat fit-23 t’Ottubru 1944, u għalhekk ikun xieraq li nkomplu niċċelebraw ’il dal-kompożitur prolifiku Malti billi nitkellmu aktar dwaru. Ħames snin ilu wkoll kont iċċelebrajtlu dal-anniversarju b’taħdita dwar ħajtu u ħidmietu waqt serata li kont tellajt fis-sala tal-każin tal-banda Ġużeppina Ħamruniża; Miruzzi kien dam imexxi ’l dil-Banda għal 30 sena sħaħ. Fiha kienu ndaqqew xi xogħlijiet tiegħu, fosthom l-‘Innu Tifħir lil San Gejtanu’. Għall-istess okkażjoni, kont ikkomponejt ukoll biċċa mużika ddedikata lilu bl-isem ta’ ‘Omaggio a Miruzzi’. Fl-artiklu ta’ dis-sena se niffoka l-aktar fuq id-data tal-mewt tiegħu biex din ukoll tiġi stabbilita darba għal dejjem.
Description: This article includes the following images : Certifikat tal-mewt ta' Miruzzi - Miruzzi (Firma) - Stabat Mater (Miruzzi)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59435
Appears in Collections:Scholarly Works - JCMus



Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.