Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/60048
Title: Konfini, silenzji u mergħat: Aspetti queer fin-narrattiva Maltija, b'referenza speċjali għal Bep
Authors: Sciberras, Romario
Keywords: Queer theory
Gender identity in literature
Maltese literature
Issue Date: 2020
Publisher: Dipartiment tal-Malti (Università)
Citation: Sciberras, R. (2020). Konfini, silenzji u mergħat: Aspetti queer fin-narrattiva Maltija, b'referenza speċjali għal Bep. Riċerkaturi, 2, 79-90.
Abstract: Jista’ jagħti l-każ li l-kelma queer f’rabta mal-letteratura Maltija tinħass stramba għal xi wħud. L-għan ta’ dan l-artiklu huwa li jintroduċi l-perspettiva queer1 fil-kritika letterarja Maltija, li minnha din l-iskola tal-ħsieb għadha, nistgħu ngħidu, assenti. Fl-ewwel taqsima se tingħata ħarsa lejn l-aspetti bażiċi tat-Teorizzazzjoni Queer, li jipproċedu mill-prinċipju fundamentali talinadekwatezza tad-definizzjoni, partikolarment fejn tidħol id-demarkazzjoni lingwistika tas-sesswalità. L-ewwel effett li din il-ħarsa se jkollha fuq il-qarrej - effett li nistgħu nqisuh bħala neċessarju - huwa li studju bħal dan jiddisturba n-nozzjonijiet stabbiliti dwar is-sesswalità, mifhuma bħala produzzjoni diskursiva b’kuntrast mal-idea Freudjana tas-sesswalità bħala l-forza istintiva intrinsika tal-libido li tirrikjedi r-restrizzjoni jew is-sublimazzjoni sabiex tħalli lill-ordni soċjali intatt. Fil-qasam Queer, is-sesswalità hija sfera soċjali li tikkonsisti fi sfumaturi l-gradazzjonijiet u modulazzjonijiet fl-aġir - marbuta sfiq mas-sistemi epistemoloġiċi u awtorevoli fil-kuntest storiko-soċjali. Fi kliem ieħor, f’din il-perspettiva s-sesswalità - l-identità lingwistika iżda mhux l-atti jew il-ġibdiet sesswali - hija prodott taddiskorsi soċjali u ma fiha xejn fiha nfisha li jirrendiha naturali, stabbli u inaġġustabbli. It-tieni taqsima ta’ dan l-artiklu tittratta l-metodu kritiku użat fit-teżina, b’diskussjoni ddettaljata ta’ xogħol il-kritiku fl-istħarriġ Queer. L-aħħar taqsima hija sommarju tal-osservazzjonijiet Queer mislutin mill-erba’ rumanzi analizzati fit-teżina.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/60048
Appears in Collections:Riċerkaturi (2020) - Ħarġa 2
Riċerkaturi (2020) - Ħarġa 2

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Konfini, silenzji u mergħat.pdf102.15 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.