Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62346
Title: | Ir-reġistru tat-tqala u tal-ħlas |
Authors: | Monreal, Kimberly |
Keywords: | Maltese language -- Lexicology Gynecology -- Terminology Obstetrics -- Terminology |
Issue Date: | 2019 |
Citation: | Monreal, K. (2019). Ir-registru tat-tqala u tal-hlas (Bachelor's dissertation). |
Abstract: | Din it-teżi hija mqassma fi tliet kapitli. L-ewwel kapitlu jittratta x-xogħlijiet lijitkellmu dwar it-tqala u l-ħlas, u huwa maqsum fi tnejn. L-ewwel taqsima tagħti ħarsa lejn xogħlijiet informattivi dwar it-tqala u l-ħlas. F’dawn ix-xogħlijiet insibu kotba li huma miktubin għall-istudenti li jridu jsiru qwiebel u għalhekk għandhom funzjoni didattika, u nsibu kotba oħrajn li huma indirizzati għall-ommijiet, sabiex jedukawhom kif għandhom irabbu lil uliedhom peress li żmien ilu n-nuqqas ta’ iġjene kien qiegħed iwassal għal ħafna mwiet tat-trabi. It-tieni taqsima tittratta s-superstizzjonijiet, iddrawwiet u t-tradizzjonijiet marbuta mat-tqala u mal-ħlas. F’din it-taqsima naraw kif flantik, in-nies kienu jassoċjaw it-tqala u l-ħlas mal-qaddisin u mat-talb, mal-qamar u mal-ħaxix, fost l-oħrajn. Fit-tieni kapitlu nippreżenta l-metodoloġija li użajt sabiex ġbart it-termini u linformazzjoni li kelli bżonn biex nindirizza l-għanijiet tal-istudju. F’dan il-kapitlunitkellem dwar l-għażla tas-sorsi li minnhom nislet it-termini u l-informazzjoni. Nitkellem ukoll dwar l-għażla ta’ dawn it-termini u kif fassalt il-mistoqsijiet għallintervisti. Niddeskrivi l-intervisti strutturati, nispjega l-mistoqsijiet fid-dettall, u nitkellem fuq l-għażla tal-parteċipanti. Ma’ dan il-kapitlu ninkludi l-kwestjonarju, li hu għodda ewlenija fil-ġbir tat-termini ta’ dan ir-reġistru. It-tielet kapitlu huwa maqsum fi tnejn. Fl-ewwel taqsima nsibu l-analiżi talkwestjonarju u tas-sorsi. Dan il-kapitlu hu maqsum f’diversi taqsimiet għaliex nitkellem fuq it-termini li ntużaw, il-varjanti lessikali, l-influwenza mill-Ingliż f’dan irreġistru, u l-bqija. Fit-tieni taqsima l-ewwel nagħti deskrizzjoni tal-glossarju u tattqassim tiegħu u mbagħad nippreżenta l-glossarju. Fl-aħħar ta’ din it-teżi hemm ħames appendiċi. L-ewwel appendiċi jinkludi littra tal-informazzjoni li ngħatat lill-qwiebel. It-tieni appendiċi jinkludi l-formola talkunsens li ffirmaw il-qwiebel. Fit-tielet appendiċi nsibu l-irrekordjar tal-intervisti. Firraba’ appendiċi nsibu t-traskrizzjonijiet tat-tliet intervisti mal-qwiebel, u l-ħames appendiċi jinkludi taqsima mill-kwestjonarju li fiha l-qwiebel immarkaw liema termini jużaw l-iżjed. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62346 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2019 Dissertations - FacArtMal - 2019 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
19BAMAL030.pdf Restricted Access | 1.98 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.