Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62575
Title: | Malti kontemporanju jew Malti Ingliż imħallat? |
Authors: | Baldacchino, Franklyn |
Keywords: | Bilingualism -- Malta Code switching (Linguistics) -- Malta Maltese language -- Variation Sociolinguistics -- Malta |
Issue Date: | 2020 |
Citation: | Baldacchino, F. (2020). Malti kontemporanju jew Malti Ingliż imħallat? (Bachelor's dissertation). |
Abstract: | F’din it-teżi xtaqt nesplora diversi kunċetti lingwistiċi, pereżempju, il-prinċipju tal-qlib tal-kodiċi, il-Malti Kontemporanju u kif dan it-terminu huwa distint mill-Malti Ingliż Imħallat, mil-letteratura li tittratta dawn is-suġġetti. Però nixtieq li dan l-istudju jkun interdixxiplinarju u jmiss oqsma lingwistiċi oħra, bħall-bilingwiżmu u s-self. Se nkun qiegħed nanalizza d diskors li jingħad fuq xi programmi televiżivi bis-saħħa tal-kwestjonarju li se nagħti lil diversi informanti skont varjabbli soċjolingwistiċi differenti, is-sess, l-età u l-livell edukattiv. Il parteċipanti fil-kwestjonarju, li jaqgħu taħt kategoriji differenti, se jingħataw diversi sentenzi li nkun ħadt minn diskorsi ta’ diversi preżentaturi ta’ programmi differenti. Wara li nkun spjegajtilhom id-differenza bejn iż-żewġ realtajiet; ‘il-Malti Kontemporanju’ u ‘l-Malti Ingliż Imħallat’, iridu jindikawli liema sentenzi fil-fehma tagħhom huma b’Malti Kontemporanju jew Malti Ingliż Imħallat. Ir-riżultati se jkunu analizzati wkoll b’metodu kwantitattiv. Meta se niġbor l-informazzjoni se nanalizza jekk l-ewwel nett għarfux jagħmlu distinzjoni bejn iż-żewġ realtajiet u barra minn hekk, jekk il-varjabbli soċjolingwistiku partikolari jaffettwax il-ġudizzju tal-informanti. F’din it-teżi, se nuża t-terminu ‘qlib tal-kodiċi’ li bih se nkun qiegħed nirreferi għat-‘taħlit lingwistiku’. Fil-kuntest lokali, se nuża ‘Malti Kontemporanju’ jew ‘Malti ta’ Żmienna’ u Malti Ingliż Imħallat. Fl-istudju tiegħi se nagħżel li niffoka fuq il-kliem Ingliż fit-taħdit u mhux fil-kitba, għax l-għan tiegħi hu li l-informanti jagħtu l-opinjonijiet tagħhom fuq it-tip ta’ diskors li qiegħed jingħad fuq it-televiżjoni, sewwasew mill-aspett lingwistiku. F’dan l-istudju bl-ebda mod mhu se nagħti x’nifhem li se nkun jien li se niddeċiedi x’tip ta’ Ingliż għandu jintuża jew le, għaliex huwa l-poplu Malti li jiddeċiedi l-kliem li għandu juża. It-teżi tiegħi għandha ssaħħaħ il-fatt li l-proċess tas-self lingwistiku mhuwiex fenomenu lingwistiku li jseħħ fil-Malti biss iżda jseħħ x’aktarx f’kuntesti li lingwa tkun f’kuntatt ma’ lingwa oħra. Lejn l-aħħar tat-teżi għandu jkolli stampa ħolistika tad-distinzjoni bejn il-Malti Ingliż Imħallat u l-Malti Kontemporanju kemm mill-qari kritiku kif ukoll mir-riżultati tal-kwestjonarju, l-istudju soċjolingwistiku. Madankollu, b’din it-teżi nixtieq inqajjem kuxjenza dwar l-importanza li l-Malti għandu jiġi aġġornat biex ikun jista’ jlaħħaq mal-avvanzi li qegħdin isiru fid-dinja mgħaġġla ta’ żmienna iżda fl-istess ħin xorta waħda għandna nippreservaw dak li hu tagħna. Nemmen li t-teżi tiegħi tista’ tikkontribwixxi fl-istudju tal-Malti, speċjalment il-kuntatt tal-Ingliż mal-Malti. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62575 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2020 Dissertations - FacArtMal - 2020 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
20BAMAL002.pdf Restricted Access | 5.23 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.