Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62576
Title: | L-allomorfija fil-Malti : b’referenza speċjali għall-imtenni u d-diminuttiv |
Authors: | Bezzina, Raffaello |
Keywords: | Maltese language -- Grammar Maltese language -- Morphemics Maltese language -- Diminutives Maltese language -- Number |
Issue Date: | 2020 |
Citation: | Bezzina, R. (2020). L-allomorfija fil-Malti: b’referenza speċjali għall-imtenni u d-diminuttiv (Bachelor's dissertation). |
Abstract: | Il-varjazzjoni, bħala kunċett universali, hija evidenti f’bosta studji xjentifiċi, oqsma tal-ħajja u fenomeni naturali. Ngħidu aħna, il-kamaleonte spiss jibdel lewnu skont il-burdata u l-ambjent immedjat. Għalkemm mhux se nidħol fir-raġunijiet bijoloġiċi għaliex u kif din il bidla timmanifesta ruħha, osservatur li ma jkunx midħla tal-bijoloġija jista’ faċilment jasal għall-konklużjoni li kamaleonte partikolari jibqa’ l-istess kamaleonte, anke jekk il-kulur tal ġilda tiegħu jvarja kemm-il darba. Din l-analoġija tista’ tittieħed bħala spunt sabiex nifhmu li l-allomorfija, tip ta’ varjazzjoni fil-lingwa, tesiġi biss entità astratta waħda – il-morfema. Huwa l-kuntest li jbiddel u jsawwar din l-entità skont il-ħtieġa tal-mument. Din l-osservazzjoni twassalna għall-għan ewlieni ta’ dan ix-xogħol – li nanalizza bir-reqqa l-allomorfija taz-zokk u tal-affissi f’żewġ sistemi konkatenattivi fil-Malti, l-imtenni u d-diminuttiv, biex nislet il-mekkaniżmi lingwistiċi rilevanti li jikkundizzjonaw l-allomorfija. Peress li l-varjazzjoni tinbet minn entità waħdanija, se nibda billi nispjega b’mod konċiż il-morfema, bħala l-iċken grupp ta’ ħsejjes li jwassal xi tifsira. Din l-analiżi tgħin biex nifhmu li l-allomorfija hija possibbli f’tipi differenti ta’ morfemi. Wara, se niddiskuti bir reqqa x’inhi l-allomorfija, ir-rabta tagħha mas-sinonimija, id-distribuzzjoni kumplimentarja, x’jikkundizzjonaha u kif nikklassifikawha. Wara li nkun stabilejt il-karatteristiċi bażiċi tagħha, fit-tieni kapitlu nippreżenta xi studji u xogħlijiet li saru fuq l-allomorfija fil-Malti u f’lingwi oħrajn. Din il-ħarsa kritika twitti t-triq għall-analiżi tiegħi, li nistgħu ngħidu hi li l-ewwel xogħol li jittratta l-allomorfija fit-tul jew fid-dettall. Fit-tielet kapitlu niddiskuti l-metodoloġija u xi konvenzjonijiet li nuża fl-analiżi, u fir raba’ u l-ħames kapitlu, bis-saħħa ta’ għadd ta’ regoli fonoloġiċi u fonotattiċi, nistudja l fatturi fonoloġiċi li jiddeterminaw il-binijiet fl-imtenni u fid-diminuttiv. Għalkemm din l analiżi hija primarjament sinkronika, xi waqtiet nagħmel ftit osservazzjonijiet ta’ natura dijakronika, għax, bħalma jargumentaw Haspelmath u Sims (2010, p. 29), bosta mill-każijiet tal-allomorfija għandhom raġuni fl-istorja tal-lingwa. Fl-aħħar, nelenka l-mekkaniżmi lingwistiċi li l-aktar jispikkaw u nagħti s-suġġerimenti tiegħi dwar x’jista’ jsir aktar fuq l-allomorfija fil-Malti. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62576 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2020 Dissertations - FacArtMal - 2020 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
20BAMAL003.pdf Restricted Access | 2.06 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.