Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62577
Title: | In-normalizzazzjoni tal-inġustizzja : ir-rumanz ‘Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri’ |
Authors: | Borg, Nicole |
Keywords: | Friggieri, Oliver, 1947-2020. Fil-parlament ma jikbrux fjuri -- Criticism and interpretation Power (Social sciences) in literature |
Issue Date: | 2020 |
Citation: | Borg, N. (2020). In-normalizzazzjoni tal-inġustizzja: ir-rumanz ‘Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri’ (Bachelor's dissertation). |
Abstract: | Fl-ewwel kapitlu nagħti ħarsa kritika lejn Il-Prinċep ta’ Machiavelli sabiex inkun nista’ nagħti ħjiel tal-isfond storiku tal-filosofija politika. Imbagħad nagħti ħarsa lejn it teoriji ta’ Foucault f’Discipline and Punish sabiex nispjega ż-żewġ tipi ta’ poter li nsibu fil ħajja tagħna ta’ kuljum, u lejn it-teorija tal-eġemonija ta’ Gramsci. Sabiex inkun nista’ norbot dawn it-teoriji mar-rumanz ta’ Friggieri, fil-bidu tat-tieni kapitlu nagħti sfond politiku tas-snin tmenin u ninkludi l-ħsibijiet ta’ Friggieri dwar dak il-perjodu u r raġunijiet li ispirawh biex jikteb ir-rumanz Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri. Wara li nistabillixxi l-pożizzjoni li kellu Friggieri dwar il-politika ta’ dak iż-żmien, nanalizza kif l-irwol tal-Knisja u tal-pulizija, li huma żewġ istituzzjonijiet ta’ awtorità, jiġu ddominati mill-gvern u għalhekk l-idea tas-separazzjoni tal-poter li jiddiskuti Gramsci tisfaxxa fix-xejn. Fir-rumanz dawn iż-żewġ istituzzjonijiet mhuma xejn ħlief pupazzi f’idejn l-ogħla awtorità sabiex issawwar l-poplu kif trid hi. Lejn l-aħħar ta’ din it-teżina nitkellem fuq l-importanza tal-lingwa u niddiskuti kif tintuża r-rettorika fir-rumanz bħala strument li jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-awtorità. Fl-aħħar taqsima tat-teżina niddiskuti l għażla tal-ismijiet tal-karattri u l-intertestwalità li joħloq Friggieri ma’ personaġġi li eżistew verament. Ix-xogħol tal-ħassieba li għażilt li nitkellem dwaru fl-ewwel kapitlu ma jkoprix dak kollu li ntqal dwar il-poter għax kelli nillimita ruħi għall-argumenti li l-aktar jispikkaw fir rumanz Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri. It-taqbida ta’ Friggieri kontra dawk li jieħdu vantaġġ mill-pożizzjoni politika tagħhom tirrifletti l-ħsieb li hemm fil-filosofija ta’ Foucault. Waħda mit-tekniki li biha Friggieri prova juri dan il-ħsieb kienet il-metafora estiża li tidher mill-bidu nett fit-titlu u terġa’ tidher fl-aħħar xena tar-rumanz. It-titlu diġà jagħtina indikazzjoni tal-protesta tiegħu kontra l-politika u t-titlu jirrepetih fl-aħħar kapitlu b’ironija. Fid-daħla tal-ewwel edizzjoni, Friggieri jistqarr li ried jesprimi t-tiġrib tal-bniedem tat-triq f’konfront mas-setgħa. Ir-rumanz huwa donnu djarju privat-pubbliku ta’ bniedem speċjali li ma jibżax jinseġ flimkien il-ħsibijiet u l-azzjoni (v). Fit-tielet kapitlu nanalizza r-riflessjonijiet ta’ Friggieri dwar Kristu l-Mulej u l-politiku, fuq il-mewt bħala l qofol tal-ħajja. Minkejja li l-mewt hi l-akbar biża’ ta’ kull bniedem hi wkoll aspett importanti f’ħajjitna. Mingħajr il-mewt il-bniedem ma jkunx motivat biex jgħix ħajtu bl aħjar mod possibbli. Friggieri jsostni li ċ-ċimiterju u l-parlament huma l-imgħoddi-etern u l-preżent-aċċidentali, il-gidba u l-verità jinsabu f’taqbida fil-kuxjenza ta’ Karlu Manju li qed jirrappreżenta kull Malti komuni-speċjali (O. Friggieri, Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri v). F’din id-daħla Friggieri jistqarr, kontra dak li ħafna drabi jistqarru l-awturi ta’ xogħol narrattiv mistħajjel, li kull xebh li r-rumanz għandu mar-realtà huwa intenzjonat (v). Għalhekk, f’din it-teżina, filwaqt li nkun qed nirreferi għar-rumanz, inkun qed nirrifletti wkoll fuq dak li jgħidu l-filosfi dwar il-poter politiku għax il-letteratura hija dejjem interpretazzjoni, iktar milli sempliċiment riproduzzjoni, tar-realtà. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62577 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2020 Dissertations - FacArtMal - 2020 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
20BAMAL005.pdf Restricted Access | 1.54 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.