Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62599
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2020-10-26T10:18:37Z-
dc.date.available2020-10-26T10:18:37Z-
dc.date.issued2020-
dc.identifier.citationBorg, D. (2020). Il-varjazzjoni fl-inflessjoni tal-verb Malti (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62599-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractL-għan ta’ din it-teżina huwa li nistħarreġ fil-fond il-varjazzjoni fl-inflessjoni ta’ gruppi ta’ verbi fil-Malti miktub u mitħaddet. Il-varjazzjoni fit-taħdit nistudjaha permezz ta’ kwestjonarju soċjolingwistiku ma’ tmenin ruħ, nofshom minn Ħaż-Żabbar u nofshom minn Birkirkara, maqsumin f’żewġ gruppi ndaqs skont l-età u s-sess tal-kelliema, biex nara jekk il-fatturi tas-sess, l-età u l-ġeografija jiddeterminawx il-varjazzjoni verbali. Barra minn hekk, nanalizza din il-varjazzjoni billi nifli l-okkorrenzi tal-varjanti inflettivi fil-korpus MLRS. It-teżina tinqasam fi tliet kapitli. Fl-ewwel kapitlu nagħti ħarsa ħafifa lejn il-varjazzjoni lingwistika u, permezz ta’ sejbiet minn studji differenti, nuri li tinstab mhux biss fil-verb, imma f’kategoriji grammatikali oħra, u fuq kull livell lingwistiku. Il-kapitlu jittratta wkoll xi nkiteb dwar il-varjazzjoni verbali fl-istudji grammatikali tal-Malti. Wara din il-ħarsa kritika, fit-tieni kapitlu nispjega kif ħdimt biex analizzajt ilvarjazzjoni fil-Malti mitħaddet u fil-Malti miktub. Fil-parti tal-Malti mitkellem nispjega kif fassalt il-kwestjonarju u kif għażilt il-parteċipanti u l-lokalitajiet. Fil-parti tal-Malti miktub nuri kif użajt il-korpus, u nispjega kif għamilt biex, kemm jista’ jkun, naqbad il-forom kollha possibbli li fihom jidhru l-varjanti inflettivi. Fit-tielet kapitlu, li nistgħu ngħidu huwa l-qofol ta’ dan l-istudju, nippreżenta l-analiżi. Fiha nistħarreġ fid-dettall ir-riżultati tal-kwestjonarji, skont it-tip ta’ verb u l-fatturi soċjolingwistiċi, u għal kull kategorija nqabbel ir-riżultati tal-parteċipanti mal-frekwenza tal-varjanti fil-korpus. Fl-aħħar parti ngħaqqad kollox flimkien bis-sejbiet prinċipali li ħarġu minn dan ix-xogħol. Nagħlaq din it-teżi billi nagħti xi suġġerimenti dwar x’jista’ jiġi studjat ’il quddiem fil-qasam tal-varjazzjoni fl-inflessjoni tal-verb. Wara nagħmel appendiċi bil-ġabra tal-verbi li għamilt biex minnha nagħżel il-verbi li stħarriġt fil-kwestjonarju.en_GB
dc.language.isoenen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- Verben_GB
dc.subjectMaltese language -- Morphologyen_GB
dc.subjectMaltese language -- Inflectionen_GB
dc.titleIl-varjazzjoni fl-inflessjoni tal-verb Maltien_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorBorg, Daniela-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2020
Dissertations - FacArtMal - 2020

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
20BAMAL006.pdf
  Restricted Access
1.9 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.