Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62615
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2020-10-26T11:27:13Z-
dc.date.available2020-10-26T11:27:13Z-
dc.date.issued2020-
dc.identifier.citationCoreschi, R. (2020). Is-sessiżmu fil-ħrejjef ta’ Manwel Magri (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62615-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractDin ir-riċerka tiffoka fuq l-element sessist fil-ħrejjef Maltin li ġew miġburin minn Patri Manwel Magri. Minn età żgħira rawwimt interess u mħabba għall-ilsien Malti u l-kultura lokali, speċjalment għal-letteratura tant li kont inqatta’ sigħat twal inqalleb fil-kotba. Madankollu, ħaġa li dejjem affaxxinatni hija r-rakkuntar tal-istejjer u minn dejjem kienet l-għaxqa tiegħi li nisma’ lin-nanniet u liz-zijiet jirrakkontawli bosta ħrejjef. Minbarra l-Malti, minn dejjem urejt interess fis-soċjoloġija, għaldaqstant, xtaqt inlaqqa’ l-letteratura Maltija mal-element soċjoloġiku. It-twaħħid ta’ dawn iż-żewġ elementi flimkien wassalni biex nanalizza l-element sessist fil-ħrejjef tradizzjonali Maltin li kien ġabar Manwel Magri ’l fuq minn mitt sena ilu. L-analiżi tiegħi dwar is-sessiżmu fil-ġabra ta’ Magri Ħrejjef Missirijietna, hija infurmata mill-kontribut ta’ diversi soċjologi u ħassieba, uħud minnhom mill-kamp femminista, dwar l-effett soċjali fuq il-kultura. Kollox jitlaq mill-premessa li anki dawn il-ħrejjef jirriflettu n-normi, il-valuri u dak kollu li joħloq il-kultura ta’ post f’perjodu partikolari. Kif josserva fid-daħla tiegħu għal Ħrejjef Missirijietna l-antropologu Ġorġ Mifsud Chircop, waħda mit-tliet funzjonijiet primarji tal-ħrejjef hija l-paradimma. Huwa jispjega li “F’bosta soċjetajiet il-ħrejjef jaħdmu bħala paradimma biex dak li jkun jifhem il-komunità ta’ madwaru u biex jagħraf u jiżviluppa l-imġiba u l-personalità individwali tiegħu f’din il-komunità” (Mifsud Chircop xxvi). Mifsud Chircop jisħaq li “psikoloġikament u kulturalment kulħadd għandu bżonn il-ħrejjef” (xxxii), irrispettivament mill-età, il-kultura, il-fehma reliġjuża, il-ġeneru u fatturi oħrajn. Minħabba l-importanza tal-ħrejjef fil-ħajja ta’ kuljum u l-fatt li aktarx li l-popolarità tal-ħrejjef bdiet tonqos maż-żmien, għaraft l-importanza li fit-teżi tiegħi nistudja l-ħrejjef, sabiex nerġa’ nagħti l-ħajja lill-ġeneru, għall-inqas fl-għamla tradizzjonali tiegħu, li kien qed imut maż-żmien. Evidentement, Manwel Magri nnifsu kien jissuspetta li l-ġeneru tal-ħrafa kien qiegħed imut u nsibuh aktar minn darba jilmenta minn dan. Fix-xogħol tagħha, Patri Manwel Magri S.J. Ħajtu u Ħidmietu, Muscat issostni dan b’referenza għall-kitba ta’ Magri nnifsu, li f’wieħed mill-kotba tiegħu, Kotba tal-Mogħdija taż-Żmien jgħid: “imma llum ftit wisq fl-ibliet jafuhom [dawn il-ħrejjef], u biż-żmien għad ukoll jintilfu bosta minnhom” (48). Dwar dan titkellem ukoll Bezzina fix-xogħol ‘Patri Manwel Magri’, meta tgħid li kif “qal hu stess 'Hemm min iżommok is-sigħat b'ħalqek miftuħ tisimgħu jtenni dan il-għerf li biż-żmien kien qed jintilef’” (34). Fid-dawl ta’ dan il-biża’ espress l-ewwel nett minn Magri nnifsu, l-istudju u l-kummentarju dwar il-ħrafa jistgħu jikkontribwixxu biex il-ġeneru jibqa’ ħaj, għalkemm, ovvjament, l-aħjar mezz li bih tinżamm ħajja l-ħrafa huwa bir-rakkuntar innifsu.en_GB
dc.language.isoenen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMagri, Manwel, 1851-1907 -- Criticism and interpretationen_GB
dc.subjectTales -- Maltaen_GB
dc.subjectFolklore -- Maltaen_GB
dc.subjectSex role -- Malta -- Folkloreen_GB
dc.subjectWomen -- Malta -- Folkloreen_GB
dc.subjectSexism in literatureen_GB
dc.titleIs-sessiżmu fil-ħrejjef ta’ Manwel Magrien_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorCoreschi, Raisa-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2020
Dissertations - FacArtMal - 2020

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
20BAMAL009.pdf
  Restricted Access
1.16 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.