Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62623
Title: Analiżi kwantitattiva ta’ grupp ta’ varjanti fonetiċi-ortografiċi f’kuntest soċjolingwistiku
Authors: Hatherly, Kimberly
Keywords: Maltese language -- Variation
Maltese language -- Social aspects
Maltese language -- Phonetics
Maltese language -- Orthography and spelling
Issue Date: 2020
Citation: Hatherly, K. (2020). Analiżi kwantitattiva ta’ grupp ta’ varjanti fonetiċi-ortografiċi f’kuntest soċjolingwistiku (Bachelor's dissertation).
Abstract: Ix-xogħol tiegħi se jkun bħal ħolqa oħra f’katina ta’ xogħlijiet li jittrattaw il-varjanti fonetiċi-ortografiċi fil-Malti. Dan il-qasam ġie trattat l-ewwel darba minn Ancel Cefai fl-2013, segwita minn Gabriella Mifsud fl-2016 u fl-2018 sar xogħol minn Alexia Saliba. Dawn kollha ffukaw fuq gruppi differenti ta’ varjanti u fit-teżi tiegħi se nkun nista’ nqabbel ir-riżultati miksuba ma’ dawk li nstabu fix-xogħlijiet li diġà saru, l-aktar fejn jidħlu l-varjabbli soċjolingwistiċi. Madanakollu se nagħti wkoll ċerta importanza lil xogħlijiet barranin li jitkellmu dwar il-varjazzjoni. Il-kapitlu tal-Metodoloġija jittratta pass pass il-mixja tiegħi f’din it-teżina, mill-punt tat-tluq (l-għażla tal-varjanti) sal-ġbir tad-data, jiġifieri f’dan il-kapitlu wieħed jista’ jieħu idea ta’ kif wasalt għall-għażla tal-varjanti u tal-gruppi li għażilt li nistħarreġ, min kienu l-parteċipanti u r-raġunijiet wara dan kollu, u għaliex għażilt metodu partikolari (kwestjonarju għall-kitba, mistoqsijiet u stampi għall-parti mitħaddta) u mhux ieħor. Ovvjament, qabel ma bdejt ir-riċerka propja, kelli nwettaq studju pilota li serva ta’ għajnuna kbira għall-istudju attwali. L-analiżi hija l-qofol ta’ din it-teżina, u hija komposta minn ħames kapitli prinċipali. F’kull wieħed mill-ewwel erba’ kapitli se nkun qed nittratta grupp wieħed ta’ varjanti kull darba, f’relazzjoni mat-tliet varjabbli soċjolingwistiċi li għażilt għal dan l-istudju: is-sess, l-età u l-lokalità. Barra minn hekk se nistħarreġ jekk il-152 parteċipant u parteċipanta kinux konsistenti fil-kitba u t-taħdit. Fl-aħħar kapitlu tal-analiżi ddeċidejt li fejn hu possibbli nqabbel ir-riżultati li nkun ksibt mill-kwestjonarji tal-kitba tal-parteċipanti mal-frekwenza ta’ kull varjant fil-Korpus tal-Malti. Dan ħassejt li jkun utli minħabba l-fatt li fil-Korpus ikun hemm testi ta’ natura pubblika u għalhekk jaf forsi jkun hemm xi ftit tad-diskrepanza meta jitqabblu r-riżultati li nkun ksibt mir-riċerka ma’ dawk tal-Korpus, minħabba li n-nies għandhom tendenza li joqogħdu iżjed attenti x’jiktbu meta l-kitba tkun se tintwera fil pubbliku. Fl-aħħar nett, nagħlaq dan l-istudju billi niffoka fuq ir-riżultati ewlenin li ksibt. Barra minn hekk, nagħti suġġerimenti dwar xi possibbiltajiet ta’ riċerka li tista’ sseħħ minn riċerkaturi prospettivi f’dan il-qasam.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62623
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2020
Dissertations - FacArtMal - 2020

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
20BAMAL013.pdf
  Restricted Access
7.36 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.