Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62656
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2020-10-27T08:09:42Z-
dc.date.available2020-10-27T08:09:42Z-
dc.date.issued2020-
dc.identifier.citationNappa, A. (2020). Analiżi psikanalitika tal-karattru fin-narrattiva bikrija ta’ wara l-Indipendenza (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62656-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractF’din it-teżi se nkun qed inħares lejn il-karattri ppreżentati f’ħames rumanzi, minn lenti psikanalitika. Il-punt ta’ fokalizzazzjoni tiegħi se jmur l-aktar lejn il-karattri prinċipali filwaqt li ma neskludix il-karattri ċatti li jgħinu biex iżewqu r-rumanz. Ħafna jistaqsu għalfejn wieħed jaqbad rumanz u ma jkunx irid jitilqu minn idejh. Minn ċkuniti kont naffaxxina ruħi bil-mod kif l-awtur joħloq storja daqshekk interessanti li żżommni mkaħħla mal-ktieb għal ġranet sħaħ. Tant kont inkun intiża fil-ktieb, li kont nimmaġina li l-karattri huma reali u bħalkieku nxebbahhom ma’ persuni familjari b’xebh mal-ħajja tiegħi. Sabiex qarrej jieħu dak kollu li jista’ minn rumanz, irid sempliċiment jidħol fl-istorja, bħalma konna ngħidu meta konna tfal. Wieħed m’għandux iħares biss lejn l-istorja u l-plott tar-rumanz iżda aktar fil-fond lejn il-karattri li jsawru din l-istorja. Il-letteratura hija mżewqa b’karattri differenti. B’hekk tajjeb li nżommu f’moħħna li dawn il-karattri mhux dejjem huma bnedmin iżda f’xi każijiet dawn jistgħu jkunu oġġetti inanimati jew astratti. Minkejja l-bosta modi kif wieħed jista’ janalizza l-karattri, se nkun qed nistħarreġ il-figuri msemmija fir-rumanzi mil-lat psikiku. Il-psikoloġija minn dejjem kienet tinteressani, għall-fatt li ladarba tgħarrex il-karattru fil-fond, ir-rumanz isir aktar interessanti. Għal ħafna, Sigmund Freud huwa biss isem, iżda għal min hu midħla fit-teoriji psikanalitiċi, Freud huwa l-bniedem li offrielna perspettivi differenti ta’ kif wieħed jista’ jħares lejn l-inkonxju tal-bniedem. Freud ippropona teoriji kontroverżjali ħafna fil-qasam tal-Psikoloġija u dan wassal biex jaffaċċja ħafna kritika. Proprju għalhekk isir aktar interessanti. Mill-mument inizjali, din it-teżina se teħodna għal kif awtur joħloq karattru, sa teoriji li jwasslu għall-bini tal-imġiba tal-karattru. Se nitratta l-karattri daqslikieku kienu nies reali tad-demm u l-laħam u mhux sempliċiment entitajiet li jżewqu rumanz. L-għan tiegħi huwa li nanalizza l-karattru b’lenti differenti biex wieħed ikun jista’ jifhem aħjar l-azzjonijiet tal-karattri magħżulin.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectFreud, Sigmund, 1856-1939 -- Criticism and interpretationen_GB
dc.subjectPsychoanalysis and literature -- Maltaen_GB
dc.subjectNarration (Rhetoric)en_GB
dc.subjectCharacters and characteristics in literatureen_GB
dc.titleAnaliżi psikanalitika tal-karattru fin-narrattiva bikrija ta’ wara l-Indipendenzaen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorNappa, Aleinad-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2020
Dissertations - FacArtMal - 2020

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
20BAMAL015.pdf
  Restricted Access
1.4 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.