Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62661
Title: Is-sehem tal-għasafar fil-poeżija Maltija
Authors: Saliba, Daniel
Keywords: Nature in literature
Birds -- Poetry
Symbolism in literature
Maltese poetry -- 20th century -- History and criticism
Issue Date: 2020
Citation: Saliba, D. (2020). Is-sehem tal-għasafar fil-poeżija Maltija (Bachelor's dissertation).
Abstract: Fi żminijiet, li għal ħafna nies huma bla preċedent, id-dinja tidher bħallikieku tinsab f’taqbida kontinwa mal-bniedem biex turih li hi għandha s-saħħa kollha biex ittemmu minn wiċċ id-dinja xħin u meta trid hi. B’żieda esponenzjali fil-livell tal-ibħra, fl-ammont ta’ nirien u terremoti, wieħed ma jistax jgħid li d-dinja ma kinitx qiegħda tavżah li jekk ikompli jabbuża mir-riżorsi naturali jiswielu qares. Minkejja dan, il-bniedem xorta waħda kompla ma jagħtix kas u jisfrutta l-elementi ta’ madwaru mingħajr waqfien. Bla dubju, l-imxija tal-pandemija li ħakmet kemm lis-sena 2020 kif ukoll lil kull razza umana fuq wiċċ id-dinja, kienet il-kulminazzjoni tat-twissijiet naturali hekk kif il-bniedem kien sfurzat jerġa’ jidħol f’qoxortu u jagħraf postu. Tul id-diversi perjodi, kien hemm ħafna li tkellmu favur in-natura u servew bħala profeti u avukati għaliha, iwissu lill-bniedem li jekk ma jbiddilx l-attitudni egoista tiegħu se jbati ‘l quddiem. Fost dawn, bosta poeti, inkluż dawk Maltin, tennew bla waqfien fuq l-essenzjalità tan-natura u l-ħlejjaq li jabitawha. Tant rawhom importanti, li f’kull perjodu poetiku ssib xogħlijiet relatati ma’ din it-tema partikolari. Minn Dun Karm sa Mario Azzopardi, kollha kemm huma bnew fuq il-pedamenti sodi u permanenti tal-protagonisti letterarji dinjiji li wkoll ħassew il-bżonn ta’ dak kollu li hu naturali f’ħajjithom. Għalkemm dan l-istudju se jiffoka l-aktar fuq ħlejqa waħda, l-għasfur, iċ-ċokon tiegħu ma tirrifletti xejn fuq l-impatt kbir li jħalli fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika li tal-bniedem fi żminijiet iebsin. Aktar minn kreaturi oħrajn, il-karatteristiċi tal-għasafar għamluhom karattri idealistiċi għall-poeta Malti biex jevoka l-emozzjonijiet kurrenti li ħass ġewwa fih waqt li kien qiegħed iħarbex fil-versi tal-poeżija. Dan l-istudju għalhekk se jistinka biex iservi bħala għarfien ta’ kemm il-bniedem verament huwa dipendenti fuq il-ħlejjaq u fuq dak kollu li d-dinja naturali toffrilu.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62661
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2020
Dissertations - FacArtMal - 2020

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
20BAMAL016.pdf
  Restricted Access
1.06 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.