Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62665
Title: Il-lingwaġġ figurattiv fl-Evanġelju ta’ San Ġwann
Authors: Sciberras, Yurgen
Keywords: Bible. John -- Criticism, interpretation, etc.
Bible -- Language, style
Metaphor in the Bible
Figures of speech
Issue Date: 2020
Citation: Sciberras, Y. (2020). Il-Lingwaġġ figurattiv fl-Evanġelju ta’ San Ġwann (Bachelor's dissertation).
Abstract: It-taħdit ta‘ Kristu, kif mogħti fil-Vanġelu, huwa taħlita ta‘ elementi letterali u elementi figurattivi. Huwa xhieda ta‘ kemm Kristu jagħti importanza lill-mod kif il-fugarazzjoni tal-prinċipju twassal biex il-kontenut jirkaċċa aktar. Dan l-istudju se jeżamina s-siltiet figurattivi li, minn sempliċi metafora sa allegroija sħiħa, juru biċ-ċar li Kristu huwa essenzjalment poeta; jinqeda b‘diversi figuri tat-taħdit bħala l-kelma sħiħa tiegħu. Il-metafori kollha fil-Vanġelu ta‘ San Ġwann se jinġabru b‘mod li juri li l-lingwaġġ figurattiv huwa l-forma preferuta ta‘ Kristu. Dan l-istudju juri li Kristu, f‘kuntest teoloġiku, apparti li għandu n-natura tad-Divin, għandu wkoll in-natura ta‘ bniedem tant li anke fil-linwaġġ tiegħu juża kemm-il darba il-forma poetika, li hija forma li jużaha l-bniedem, ħalli mit-tifsira ġenerali jgħaddi għat-tifsira partikolari. Dan kollu seta‘ jsir peress li f‘dan l-Evanġelju Kristu jidher bħala dak il-kelliem li mill-mod letterali kapaċi jgħaddi għall-mod figurattiv, biex b‘hekk joħloq tifsira universali. Huwa studju li se jiffoka fuq dak kollu li qal Kristu fl-Evanġelju ta‘ San Ġwann. L-għażla waqgħet fuq dan l-Evanġelista għax huwa Evanġelju maqtugħ għalih, tant li jitqies bħala r-Raba‘ Evanġelju u ma jagħmilx parti mit-tliet Evanġelji Sinottiċi l-oħra. Fl-istess nifs, bħalma għamlu t-tliet Evanġelisti l-oħra, dan l-Evanġelju huwa mezz ta‘ kontinwità bejn it-Testment il-Ġdid u t-Testment il-Qadim.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62665
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2020
Dissertations - FacArtMal - 2020

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
20BAMAL017.pdf
  Restricted Access
1.59 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.