Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62666
Title: | It-taqbiliet tal-festi f’Ħaż-Żebbuġ : bejn devozzjoni u pika |
Authors: | Tabone, Martina |
Keywords: | Feasts, Religious -- Malta -- Zebbug Oral tradition -- Malta -- Zebbug Folklore -- Malta -- Zebbug |
Issue Date: | 2020 |
Citation: | Tabone, M. (2020). It-taqbiliet tal-festi f’Ħaż-Żebbuġ: bejn devozzjoni u pika (Bachelor's dissertation). |
Abstract: | Il-Ħarsa Kritika tħares lejn il-ġeneru tat-tradizzjoni orali bħala qasam tal-letteratura u fiha nitkellem dwar x’inhi letteratura orali, x’inhi t-tradizzjoni orali u x’rabta hemm bejniethom. Nitkellem ukoll fit-tul dwar id-differenza li hemm bejn it-tradizzjoni orali u dik miktuba, u jekk it-tradizzjoni orali li nkitbet matul iż-żmien għandhiex xorta waħda titqies bħala orali. Ħarist ukoll lejn kif dan il-ġeneru tal-letteratura jintrabat ma’ bosta elementi oħra minbarra l-kliem, ngħidu aħna l-ġesti li l-kelliema jużaw sabiex il-prestazzjoni tkun iktar effettiva. Fit-tieni kapitlu nitkellem fuq it-tradizzjoni orali lokali, dwar kif għalkemm għandna bosta innijiet, taqbiliet u kanzunetti li għaddew minn ġenerazzjoni għal oħra bil-fomm, m’għandniex varjetà kbira u dak li għandna ma napprezzawhx daqs illetteratura miktuba. Meta nitkellem dwar l-istorja tal-festa f’Ħaż-Żebbuġ inħares lejn kif bdiet il-pika bejn il-każini differenti. Il-festa ta’ San Filep jiċċelebrawha wkoll f’Aġġira, Sqallija u jien niddiskuti kif issir il-festa tagħhom u jekk għandhomx it-tradizzjoni tat-taqbiliet. Bl-għajnuna taz-zija tiegħi kkuntattjajt lil Danilo Alleruzzo, riċerkatur fuq San Filep u staqsejtu numru ta’ mistoqsijiet dwar kif jiċċelebraw il-festa fi Sqallija. Il-qofol ta’ dan il-kapitlu huwa l-kategorizzazzjoni u l-analiżi tat-taqbiliet nfushom skont it-tip, it-tema u t-ton. It-tielet u l-aħħar kapitlu jagħti ħarsa iktar mill-qrib lejn karatteristika essenzjali tal-festa, il-pika, li sservi wkoll ta’ motivazzjoni għall-ħolqien mhux biss tat-taqbiliet, iżda tal-oqsma kollha li flimkien isawru l-festa. Dan il-kapitlu jitkellem fid-dettall fuq x’inhi l-pika u jittratta t-tipi differenti ta’ piki li jinħolqu bejn il-partitarji tal-każini rivali. Fit-tmiem ta’ dan l-istudju ninkludi appendiċi bit-taqbiliet kollha li ġbart matul din ir-riċerka, anke dawk li m’analizzajthomx f’din it-teżina li ksibthom minn diversi nies akkaniti ta’ festi differenti u li apprezzaw il-fatt li kont se nirriċerka fuq suġġett tant għal qalbhom. Fl-appendiċi hemm ukoll it-traskrizzjoni taż-żewġ intervisti formali li għamilt ma’ Martina Frendo u Dr Alexander Vella Gregory, u t-tweġibiet bit-Taljan li ksibt mingħand Danilo Alleruzzo. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62666 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2020 Dissertations - FacArtMal - 2020 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
20BAMAL018.pdf Restricted Access | 1.57 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.