Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62667
Title: | L-oġġetti sagri fil-knejjes t’Għawdex : it-terminoloġija |
Authors: | Vella, Anthony Paul |
Keywords: | Church decoration and ornament -- Malta -- Gozo Church decoration and ornament -- Terminology Maltese language -- Social aspects Maltese language -- Variation |
Issue Date: | 2020 |
Citation: | Vella, A.P. (2020). L-oġġetti sagri fil-knejjes t’Għawdex: it-terminoloġija (Bachelor's dissertation). |
Abstract: | Għalkemm dan mhuwiex l-ewwel studju li jiffoka fuq l-oġġetti sagri, iddeċidejt li nwettaq studju fuq dan l-istess suġġett iżda kemxejn differenti minn ta’ qabel b’xejra komparattiva. Għalhekk, fl-istudju tiegħi ġbart it-terminoloġija ta’ dan il-qasam billi intervistajt persuni min-Nadur, mir-Rabat, mix-Xagħra u mill-Għarb. Meta ġbart ir-riżultati kollha mbagħad ħriġt il-varjazzjonijiet fil-kapitlu tal-glossarju. Bħal ħafna teżijiet soċjolingwistiċi oħra, ir-riżultati ġew miġbura permezz tal-istampi. L informant ma’ kull stampa kellu jagħti l-isem tat-terminu kif isejjaħlu hu u jagħti deskrizzjoni qasira tiegħu. Qgħadt attent li fil-mistoqsijiet li nsaqsi ma nagħtix ir-risposta tat-terminu lill-informant u għalhekk saqsejt mistoqsijiet bħal, “X’qed tara hawn?” jew “X’issejjaħlu dan?”. B’hekk solvejt xi problemi li ltqajt magħhom fl-intervisti. Minn dawn l-intervisti nġabru ħafna varjazzjonijiet fuq bosta aspetti lingwistiċi primarjament dawk lessikali u fonetiċi-ortografiċi. Fil-fatt il-varjazzjoni f’din it-terminoloġija kien aspett li spikka fl-istudju tiegħi. Il-qarrej għandu jinduna li din il-varjazzjoni ġrat skont il-varjabbli ġeografiku għaliex dawn il-varjazzjonijiet ħarġu minn irħula differenti. Permezz ta’ dawn il-varjazzjonijet il-qarrej mhux biss jara li hemm varjazzjonijiet f’dan il-qasam iżda wkoll itejjeb l-għarfien tiegħu f’dan is-suġġett. Din it-teżi kellha ħafna miri u għanijiet x’tilħaq. Apparti l-għan li jinġabar reġistru fuq din it-terminoloġija, il-mira prinċipali kienet li tara jeżistux varjazzjonijiet f’dan il-qasam u jekk jeżistu, fuq liema varjabbli soċjolingwistiċi jaħdmu dawn il-varjazzjonijiet. B’hekk, wieħed ma jiskantax meta jara li l-aktar element li spikka f’dan l-istudju kien dak tal-varjazzjoni u fuq liema kriterji taħdem din il-varjazzjoni. Dawn il-varjazzjonijiet kien jeħtieġ li jinġabru min-nies li huma midħla tas-suġġett u għalhekk fl-istudju tiegħi intervistajt bosta qassisin u sagristani. Żgur li mingħajr is-sehem tagħhom f’dan l-istudju, ir-riżultati miġbura ma kinux se jkunu daqshekk veritiera. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62667 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2020 Dissertations - FacArtMal - 2020 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
20BAMAL019.pdf Restricted Access | 18.99 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.