Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62704
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2020-10-27T10:50:16Z-
dc.date.available2020-10-27T10:50:16Z-
dc.date.issued2020-
dc.identifier.citationZammit, D. (2020). Il-ħakma tal-plural mit-tfal tar-raba’ sena primarja (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62704-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractDan ix-xogħol huwa mqassam f’diversi taqsimiet. L-ewwel kapitlu, wara d-daħla, jipprovdi ħarsa ġenerali lejn xogħlijiet li saru u li għandhom relevanza għat-tema ta’ dan l-istudju partikolari. Il-kapitlu jippreżenta mixja li l-punt tat-tluq tagħha huwa l-istudji internazzjonali fuq il-lingwaġġ tat-tfal u l-punt ta’ wasla huwa l-istudju lokali fuq il-plural użat mit-tfal għaliex hija t-tema ewlenija ta’ din it-teżina. Il-kapitlu li jsegwi jiftaħ billi jintroduċi l-metodu tal-ġbir tal-informazzjoni mingħand l-informanti fejn tiġi deskritta l-metodoloġija li ntużat sabiex l-informazzjoni setgħet tinġabar. Dan il-kapitlu jagħti idea ċara tal-proċess li kelli nsegwi biex stajt nagħmel ir-riċerka fl-iskejjel sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-parteċipanti fl-istudju. Wara jiġu deskritti wkoll ir-raġunijiet għal kull għażla u deċiżjoni li ġiet meħuda. Fost dawn l-għażliet jiġi diskuss l-għażla tal-parteċipanti, l-għażla tal-kliem studjat, kif ukoll l-għażla u t-tħejjija tar-riżorsi. Tingħata wkoll stampa ċara tal-istudju pilota li sar qabel ma beda l-proċess attwali tat-teżina biex jidhru xi nuqqasijiet li seta’ kien hemm fil-metodoloġija li kont se nuża biex nikseb it-tagħrif li kien meħtieġ mill-parteċipanti. Għaldaqstant, jiġi spjegat ukoll il-mod kif dawn in-nuqqasijiet ġew immodifikati biex il-proċess proprju seta’ jkun aktar preċiż u effiċjenti. Apparti minn dan, jiġi deskritt b’mod dettaljat ukoll il-proċess tal-ġbir tal informazzjoni mill-iskejjel konċernati u l-mod etiku kif ġie preżentat l-esperiment biex id-drittijiet tal-istudenti jkunu rispettati u mħarsa. Dan il-kapitlu jingħalaq b’diskussjoni dwar il-problemi u l-kumplikazzjonijiet li ġejt wiċċ imb wiċċ magħhom waqt dan l-istudju. It-tielet u r-raba’ kapitli jittrattaw l-analiżi tal-informazzjoni li nkisbet mingħand l-informanti. Wara li nġabru t-tweġibiet tal-istudenti, l-istess risposti ġew analizzati skont il-varjabbli soċjolingwistiċi li ġew inklużi f’din it-teżina. It-tielet kapitlu jittratta l-analiżi marbuta mas-sess tal-parteċipanti u r-raba’ kapitlu jittratta kompetenzi differenti bejn l-istudenti li ġejjin minn sfondi lingwistiċi differenti. Kull analiżi tiftaħ billi jiġu analizzati t tweġibiet korretti miġbura mill-parteċipanti flimkien ma’ analiżi ġenerali tal-ħdax-il forma tal-plural miksur li ġew inklużi f’din it-teżina. Il-plural fil-Malti prinċipalment jinqasam fi tnejn: il-plural sħiħ li jinbena b’żieda tal-morfema tal-plural, u l-plural miksur li jissawwar billi jiġi inkorporat l-għerq ma’ forma tal-plural. Fil-Malti Kontemporanju hemm xi nomi li jieħdu ż-żewġ forom tal-plural. Għaldaqstant, ġiet iddedikata parti mill-analiżi għal dawn in-nomi li għalihom ġew aċċettati ż-żewġ forom tal-plural. B’hekk setgħu jinħarġu xi tendenzi partikolari rigward l-użu ta’ kull forma ta’ plural. Matul il-proċess tal-ġbir tal-informazzjoni, kien hemm numru sostanzjali ta’ tfal li ma kenux jafu jirrispondu bil-forma korretta u għalhekk ħolqu xi forma li tiddevja minn dik mistennija. Minkejja li dawn il-varjanti ma setgħux jitqiesu korretti, xorta waħda ġew analizzati għaliex jistgħu jixħtu dawl fuq il-proċess li jużaw l-istudenti biex waslu għal forma partikolari tal-plural. Kull sezzjoni tal-analiżi tagħlaq permezz ta’ nota ċkejkna dwar il-konklużjonijiet li ħarġu minn dik it-taqsima partikolari. Fl-aħħar u mhux l-inqas, din it-teżi tagħlaq billi jiġu diskussi xi konklużjonijiet ġenerali li ħarġu minn dan l-istudju. Fil-fehma tiegħi, il-qasam li ġie analizzat f’din it-teżina għadu mhux riċerkat biżżejjed. Għalhekk, flimkien mal-konklużjonijiet se jingħataw ukoll xi suġġerimenti biex kull min għandu għal qalbu l-lingwa Maltija u jixtieq ikompli jirriċerka fuq dan il-qasam, ikollu idea dwar liema temi lingwistiċi jista’ jkompli jaħdem fuqhom.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- Study and teaching (Primary) -- Maltaen_GB
dc.subjectMaltese language -- Grammaren_GB
dc.subjectMaltese language -- Numberen_GB
dc.titleIl-ħakma tal-plural mit-tfal tar-raba’ sena primarjaen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorZammit, Diane-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2020
Dissertations - FacArtMal - 2020

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
20BAMAL021.pdf
  Restricted Access
4.23 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.