Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62706
Full metadata record
DC Field | Value | Language |
---|---|---|
dc.date.accessioned | 2020-10-27T11:01:47Z | - |
dc.date.available | 2020-10-27T11:01:47Z | - |
dc.date.issued | 2020 | - |
dc.identifier.citation | Degabriele, M. (2020). Is-sengħa tal-ħjata: ġabra lessikali (Bachelor's dissertation). | en_GB |
dc.identifier.uri | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62706 | - |
dc.description | B.A.(HONS)MALTESE | en_GB |
dc.description.abstract | L-għan ewlieni ta’ din it-teżi huwa li permezz tal-intervisti li għamilt malparteċipanti tiegħi, nikseb kemm jista’ jkun informazzjoni rigward is-sengħa tal-ħjata biex b’hekk nibni glossarju bit-terminoloġija marbuta magħha. Barra minn hekk, xtaqt indaħħal daqsxejn studju soċjolingwistiku f’xogħli wkoll. Madankollu, dan seta’ jseħħ biss b’mod limitat minħabba l-fatt li għar-riċerka tiegħi użajt żewġ parteċipanti biss. Il-varjabbli soċjolingwistiċi tas-sess u tal-età innewtralizzajthom minħabba li l-informanti t-tnejn kienu nisa u b’hekk ma stajtx nagħmel paragun mal-irġiel u t-tnejn ġejjin mill-istess grupp ta’ etajiet. Il-varjabbli tal-ġeografija huwa l-uniku wieħed li seta’ jħallili impatt fuq il-lingwaġġ li jużaw, iżda xorta waħda dan ma ġiex studjat b’mod kwantitattiv għalhekk il-kummenti tiegħi huma kemmxejn limitati wkoll f’dan l-aspett. Dan ix-xogħol jinqasam f’sitt kapitli b’kollox. L-ewwel kapitlu huwa dan, l-introduzzjoni, fejn wieħed jieħu idea bażika ta’ f’xiex ser tkun tikkonsisti din it-teżina. It-tieni kapitlu huwa l-ħarsa kritika fejn fih nagħti ħarsa lejn xogħlijiet oħra li għandhom x’jaqsmu mal-istudju tiegħi. Dan il-kapitlu jinqasam fi tlett sezzjonijiet: fl-ewwel waħda niddiskuti fid-dettall tliet teżijiet oħra relatati mar-reġistru. Fit-tieni sezzjoni nagħti daqsxejn informazzjoni rigward l-oqsma tal-lingwa li ser inkun qed niffoka fuqhom l-iżjed bħas-soċjolingwistika u l-varjabbli tagħha u r-reġistru, filwaqt li fit-tielet sezzjoni niddiskuti xi xogħlijiet li saru relatati mas-sengħa tal-ħjata. It-tielet kapitlu jitratta l-metodoloġija. F’dan il-kapitlu primarjament niddiskuti ż-żewġ tipi ta’ metodi li jistgħu jintużaw għal studji bħal dan. Imbagħad nispjega fid-dettall il-metodoloija li użajt jien biex wettaqt ir-riċerka tiegħi. Lejn l-aħħar ta’ dan il-kapitlu niddiskuti wkoll l-istudju pilota u anke d-diffikultajiet li ltqajt magħhom waqt l-istudju. Ir-raba’ u l-ħames kapitli huma l-iżjed kapitli kruċjali ta’ dan ix-xogħol. Ir-raba’ kapitlu huwa l-analiżi tar-riżultati li ksibt minn din ir-riċerka. Dan jinqasam f’diversi sezzjonijiet. Fl-ewwel parti ta’ dan il-kapitlu ser inkun qed nagħmel xi kummenti ġenerali rigward ir-riżultati li ksibt minn din ir-riċerka. Fit-tieni parti ser inkun qed nagħmel analiżi dettaljata tar-riżultati billi nħares lejn it-tabelli waħda waħda. Fl-aħħar nett ser inkun qed nanalizza r-riżultati mil-lenti soċjolingwistika. Il-ħames kapitlu huwa l-glossarju fejn fih hemm it-terminoloġija kollha li ġbart mill-intervisti miġburin f’diversi tabelli. Is-sitt kapitlu huwa l-konklużjoni fejn fih nagħmel l-aħħar kummenti tiegħi rigward ir-riżultati li ksibt minn dan l-istudju u nagħti wkoll xi suġġerimenti lil dawk kollha li ser ikunu qed jagħmlu xi teżina simili għal tiegħi fil-futur. Fl-aħħar nett, wara l-biblijografija, hemm l-appendiċi fejn fih insibu l-ġabra ta’ ritratti u l-ħoloq għall-vidjows li wżajt għall-intervisti ta’ din ir-riċerka. | en_GB |
dc.language.iso | mt | en_GB |
dc.rights | info:eu-repo/semantics/restrictedAccess | en_GB |
dc.subject | Sewing -- Malta | en_GB |
dc.subject | Clothing and dress -- Terminology | en_GB |
dc.subject | Maltese language -- Lexicology | en_GB |
dc.subject | Maltese language -- Social aspects -- Malta | en_GB |
dc.subject | Sociolinguistics -- Malta | en_GB |
dc.title | Is-sengħa tal-ħjata : ġabra lessikali | en_GB |
dc.type | bachelorThesis | en_GB |
dc.rights.holder | The copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder. | en_GB |
dc.publisher.institution | University of Malta | en_GB |
dc.publisher.department | Faculty of Arts. Department of Maltese | en_GB |
dc.description.reviewed | N/A | en_GB |
dc.contributor.creator | Degabriele, Martina | - |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2020 Dissertations - FacArtMal - 2020 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
20BAMAL022.pdf Restricted Access | 4.28 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.