Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6337
Title: Il-bniedem-eremit fil-poeżija romantika Maltija
Authors: Cacciattolo, Stephanie
Keywords: Solitude in literature
Romanticism -- Malta
Poetry -- Psychological aspects
Issue Date: 2015
Abstract: Il-kelma “solitudni” għandha konnotazzjoni negattiva minħabba li maħsuba li “tmarrad” lill-bniedem. Minkejja dan il-preġudizzju, is-solitudni tista’ tieħu xejra pożittiva. Hemm ħafna stadji tas-solitudni fejn din tista’ tkun pożittiva u volontarja filwaqt li hemm dik imposta u malinkonika. Kotba fuq is-solitudni huma limitati, b’hekk fittixt dak li hu relevanti speċjalment minn filosfi Nsara biex tiġi evalwata konklużjoni fuq xi poeti Maltin. Ix-xejriet tas-solitudni se jidhru fl-ewwel kapitlu fejn se jiġu trattati dawn l-istadji differenti minn studjużi diversi bħal Wolpert, Roccataglia, Kierkegaard, Kraepelin u Zimmermann. Se jintwerew l-osservazzjonijiet tagħhom dwar x’inhi s-solitudni u l-effetti tagħha. Wara dan l-istudju ta’ din “il-marda”, se jiġu applikati dawn l-effetti fuq poeti Maltin. Il-kliem użat, il-postijiet imfittxa u l-mod kif iħarsu lejn id-dinja u lejhom ifushom huma t-tliet osservazzjonijiet ewlenin. It-tieni kapitlu se jkun fuq l-ewwel poeta importanti li beda jikteb xogħlijiet letterarji bil-Malti, Ġan Anton Vassallo. Interessanti kif dal-poeta kien imsejjaħ minn sħabu bħala aljenat u sejħu l-malinkonija tiegħu bħala “alienazione mentale”. It-tielet kapitlu se jittratta lil Rużar Briffa, poeta u tabib. It-tbatijiet li għadda minnhom bħala tabib u kemm bħala bniedem sensittiv li fittex l-imħabba huma l-punt tat-tluq tal-malinkonija tiegħu. Irraba’ kapitlu hu dwar Anton Buttigieg li l-malinkonija tiegħu hi kkawżata miċ-ċaħda u lindħil tan-nies, u l-imwiet ta’ nies għeżież. L-iktar poeta malinkoniku fosthom huwa Karmenu Vassallo li se jidher fil-ħames kapitlu. Vassallo trabba’ f’ambjent fqir li kien miċħud min-nies sa minn età bikrija. Il-mewt t’ommu u l-abbandun ta’ missieru wkoll qanqal fih diq kbir. Dawn l-erba’ poeti huma vittmi tas-solitudni malinkonika li xi drabi ġagħlithom jixtiequ l-mewt u li għalqithom fihom infushom. Fil-konklużjoni se jidhru leffetti komuni tas-solitudni bejn dawn l-erba’ poeti. Hemm se jkun jidher kif din “ilmarda” affettwathom u kif il-fidi salvathom. Kierkegaard jemmen li l-bniedem irid ibati fid-dinja biex tissaħħaħ il-fidi tiegħu. Dawn il-poeti juru dan il-prinċipju fix-xogħlijiet tagħhom, imnebbhin mill-konvinzjoni li lunika tama għalihom hi fil-ħajja eterna ta’ wara din id-dinja. Dan it-twemmin hu mija filmija Romantiku. Huma joħolqu rabta personali mal-poeżija tagħhom daqslikieku hija djarju. Fil-Poeżija juru kif it-tbatija fiha nfisha hi esperjenza kemm tagħhom u kemm ta’ kulħadd, u b’hekk iduru mill-partikolari għall-universali. Minkejja li dawn il-poeti huma differenti minn xulxin, huma xorta jixtibhu fil-koralità fejn jesprimu l-ħsus tagħhom b’leħen wieħed. B’dan il-leħen Romantiku jesprimu t-temi ewlenin li huma tat-tbatija, tassolitudni, xi drabi tas-suwiċidju u drabi oħra tad-disperazzjoni. F’din it-teżi se jkunu mistħarrġa x-xejriet Romantiċi fil-poeżiji tagħhom b’enfasi fuq l-għalqa lessikali użata u l-ħsibijiet ċentrali tagħhom. B’hekk dan l-istudju se juri kif dawn il-poeti Romantiċi Maltin inqatgħu mill-folla biex jiskopru l-ġewwieni tagħhom u lmisteri tan-natura sagra ta’ madwarhom, u fejn ma setgħux jifhmu rażżnu lilhom infushom u fdaw f’Alla.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6337
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BAMAL005.pdf
  Restricted Access
996.48 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.