Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6373
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-11-12T08:38:21Z-
dc.date.available2015-11-12T08:38:21Z-
dc.date.issued2015-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6373-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractDin it-teżina għandha żewġ għanijiet ewlenin: il-ġbir ta’ termini mir-reġistru tal-ħwejjeġ u l-ilbies u l-esperiment soċjolingwistiku li wettaqt mal-infurmanti Karkariżi u Għawdxin. Kif nispjega iktar fid-dettall fit-tieni kapitlu, reġistru hu ġabra ta’ kliem marbut ma’ qasam partikolari. Bejn wieħed u ieħor jien ġbart ftit inqas minn 300 terminu li jintuża f’dan il-qasam, kif ukoll 100 idjoma li jintrabtu mal-istess suġġett. Il-glossarju hu maqsum f’erba’ taqsimiet differenti (partijiet ta’ ħwejjeġ, aċċessorji relatati mal-ilbies, materjali li bihom magħmulin xi ħwejjeġ u lbies ġenerali), u għal kull terminu ppruvajt insib definizzjoni mill-Maltese-English Dictionary u English-Maltese Dictionary ta’ Joseph Aquilina kif ukoll mill-Miklem Malti ta’ Erin Serracino Inglott. F’każ li d-dizzjunarji ma jagħtux tifsira għal xi terminu jew inkun iltqajt ma’ tifsira differenti minn dik li joffru ż-żewġ dizzjunarji, inniżżilha fi spazju separat u nniżżel is-sors minn fejn sibtha. Dan l-istudju soċjolingwistiku jistħarreġ il-varjazzjoni lessikali tal-qasam tal-ilbies skont tliet fatturi soċjolingwistiċi: is-sess, l-età u l-ġeografija. Il-parteċipanti għażilthom minn Birkirkara u minn Għawdex, għal diversi raġunijiet. Primarjament għaliex il-parti l-kbira tar-residenti ta’ dawn iż-żewġ inħawi ħafna drabi jitkellmu bid-djalett. Għażilt Birkirkara wkoll għax jien noqgħod f’dan il-post, u għalhekk kien iktar faċli niltaqa’ ma’ nies li kont naf diġà jew nies li naf jien setgħu jgħiduli b’nies oħra li jgħixu fl-istess inħawi. Għażilt Għawdex għaliex kont naf li f’dan il-post kont ser insib xi varjanti differenti f’dan il-qasam. L-etajiet tal-parteċipanti kienu bejn 18 u 25 sena u minn 50 sena ‘l fuq biex toħroġ iktar faċilment id-differenza bejn il-ġenerazzjonijiet. Għażilt ukoll il-fattur tas-sess għaliex nemmen li n-nisa u l-irġiel jista’ jkollhom varjanti differenti għall-istess oġġett f’dan il-qasam, jew grupp jista’ jkun iktar speċifiku meta jiġi biex jiddeskrivi oġġett. Din it-teżi hi mqassma f’erba’ kapitli. L-ewwel kapitlu jservi bħala sfond ġenerali għas-suġġett, u hu maqsum fi tliet partijiet. L-ewwel parti tagħti ħarsa ġenerali fuq l-oriġini tal-ilbies u l-funzjoni tal-ilbies kif inbidlet mis-soċjetajiet primittivi għall-preżent, kif ukoll iħares lejn l-importanza tal-industrija tat-tessuti u tal-ilbies għall-ekonomija tal-Ewropa minn xogħol ta’ Lara Boffa. It-tieni parti tħares lejn l-ilbies f’Malta fl-imgħoddi, u tittratta lbies differenti li kien jintlibes mill-irġiel, min-nisa u mit-tfal f’sitwazzjonijiet soċjali differenti skont ir-riċerka li wettaq Guido Lanfranco. It-tielet u l-aħħar parti tal-ewwel kapitlu toffri xi intervisti li Paul P. Borg kien wettaq ma’ żewġ ħajjata. It-tieni kapitlu jitkellem dwar is-soċjolingwistika u xi fatturi li jistgħu jinfluwenzaw l-lingwa ta’ persuna. L-istess kapitlu jinvolvi tagħrif dwar x’inhu reġistru, varjazzjoni lessikali, qlib tal-kodiċi, u fatturi li jinfluwenzaw il-lingwa tal-kelliem, b’mod partikolari dawk tal-età, tas-sess u tal-ġeografija. It-tielet kapitlu jiffoka fuq il-metodoloġija tal-istudju u kif bnejt din il-metodoloġija u l-esperiment tiegħi. Il-kapitlu jispjega xi metodi barranin oħra li stajt nuża, u jkompli b’deskrizzjoni tal-metodu li ddeċidejt li nuża, jiġifieri l-għażla tal-istampi u l-infurmanti, l-istudju pilota u xi diffikultajiet li sibt. It-tieni parti ta’ dan il-kapitlu tittratta l-analiżi u u d-diskussjoni tar-riżultati li ħarġu mill-esperimenti. Ir-raba’ u l-aħħar kapitlu jinkludi l-glossarju u t-tabelli tal-esperiment. Fl-aħħar tal-istudju wieħed isib l-appendiċi li hu maqsum f’żewġ sezzjoniet oħra: ‘Appendiċi 1’ li fih l-istampi li wrejt lill-parteċipanti waqt l-esperiment, u ‘Appendiċi 2’ li fih ir-riżultati li ħarġu mill-esperiment impoġġijin f’tabelli.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectSociolinguistics -- Maltaen_GB
dc.subjectDialectologyen_GB
dc.subjectClothing and dress -- Social aspects -- Maltaen_GB
dc.titleIr-reġistru tal-ilbiesen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorCamilleri, Antoine-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BAMAL007.pdf
  Restricted Access
4.61 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.