Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6379
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-11-12T09:16:37Z-
dc.date.available2015-11-12T09:16:37Z-
dc.date.issued2015-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6379-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractL-iskop tat-teżi: Din ir-riċerka tittratta l-produttività morfoloġika, b’mod partikulari s-suffissi aġġettivali. Il-punt tat-tluq tar-riċerka hu ħarsa lejn id-definizzjonijiet li jagħtu l-istudjużi għal dan il-kunċett. Nistħarreġ dan l-istudju, u nara kif erba’ suffissi aġġettivali komuni fil-Malti jirriflettu erba’ modi differenti ta’ kif niffurmaw kliem ġdid. Din l-analiżi nagħmilha bis-saħħa tal-korpus tal-Malti, l-MLRS, billi nistħarreġ erba’ suffissi aġġettivali. B’hekk, nipprova nagħraf liema minn dawn is-suffissi huma produttivi jew le. It-tqassim tax-xogħol: Dan ix-xogħol hu maqsum f’żewġ partijiet ewlenin. Fl-ewwel parti, nitkellem dwar it-tipi differenti ta’ definizzjonijiet ta’ produttività morfoloġika u nistħarreġ l-istudji differenti li għandna fil-Malti. Fit-tieni parti, nanalizza l-produttività ta’ erba suffissi aġġettivali. Fl-ewwel kapitlu nfittex it-tipi varji ta’ definizzjonijiet li jagħtu l-lingwisti għall-produttività morfoloġika u nara x’jaqa’ iktar taħt dan il-kunċett vast. Matul l-ewwel kapitlu nagħti ħarsa lejn studji differenti fuq il-produttività morfoloġika u fosthom jispikkaw ix-xogħlijiet ta’ Bauer, li nagħmel ħafna referenza għalih. Fit-tieni kapitlu niddiskuti t-tliet studji li saru s’issa dwar il-Malti u nagħti ħarsa lejn kif l-awturi rabtu l-produttività morfoloġika mal-Malti. Barra minn hekk inħares lejn l-eżempji li kull studju jagħti u nara kif huma relatati ma’ dan il-kunċett. F’taqsima separata minn din, inħares lejn il-metodi differenti ta’ kejl ta’ produttività b’mod partikulari lejn il-metodoloġija li nuża għall-analiżi tiegħi. Biex dan ikun possibbli, nagħmel referenza għall-korpus tal-Malti; l-MLRS li huwa għodda bżonjuża għal-lingwa Maltija u għar-riċerka ta’ kull min jistudja l-lingwa. Permezz tal-korpus nista’ nibbaża l-analiżi tiegħi fuq kemm is-suffissi studjati huma komuni u produttivi. L-ewwel u t-tieni kapitlu jgħinuni biex inkun nista’ nagħmel l-analiżi tiegħi. Fit-tielet kapitlu niddiskuti u nanalizza r-riżultati. Jiġifieri, nitkellem dwar il-varjazzjonijiet ta’ kull suffiss studjat li ħarġu b’mod ċar minn kull metodu li jien użajt. Hawnhekk wieħed jista’ jara kemm erba’ suffissi aġġettivali jvarjaw fil-produttività tagħhom skont kull metodu speċifiku li nuża.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectProductivity (Linguistics)en_GB
dc.subjectMaltese language -- Morphologyen_GB
dc.subjectMaltese language -- Word formationen_GB
dc.subjectMaltese language -- Affixesen_GB
dc.titleIl-produttività morfoloġika : is-suffissi aġġettivali fil-Maltien_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorSammut, Nicole-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BAMAL021.pdf
  Restricted Access
3.24 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.