Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6380
Title: Elementi lingwistiċi f’taħdit spontanju
Authors: Spiteri, Neville
Keywords: Maltese language -- Variation
Dialectology
Language and languages -- Sex differences
Sociolinguistics
Issue Date: 2015
Abstract: Din ir-riċerka hija studju lingwistiku tat-taħdit ta’ individwi minn Birkirkara. Sabiex wasalt għall-analiżi, kienet meħtieġa l-għajnuna ta’ xi residenti minn din il-lokalità, permezz ta’ intervisiti dwar temi magħżula. Iż-żewġ varjabbli li jiena għażilt għal dan l-istudju kienu s-sess u l-età. Il-kelliema ta’ din il-belt kienu jirrappreżentaw żewġ ġenerazzjonijiet; iż-żgħażagħ u l-anzjani, kemm dawk tas-sess maskili u kif ukoll dawk tas-sess femminili. Għażilt individwi minn Birkirkara sabiex ikolli analiżi konsistenti u ma jkunx hemm diverġenzi kbar fit-taħdit. Fl-ewwel kapitlu se niddiskuti l-aspett soċjolingwistiku b’mod ġenerali. Fit-tieni kapitlu se nitkellem dwar it-tipi ta’ sentenzi u ta’ dawn se nagħti eżempji kemm ġenerali kif ukoll eżempji mill-intervisti. Fit-tielet kapitlu se nitkellem dwar iddifferenzi li nsibu fid-diskors bejn is-sess u l-età. Fir-raba’ kapitlu se nagħti tagħrif dwar x’jgħidu kittieba oħra dwar it-tqassim tal-metodoloġija u kif ippjanajt ilmetodoloġija ta’ dan l-istudju. Fil-kapitlu li jkun imiss se nanalizza l-elementi lingwistiċi f’taħdit spontanju u x’hemm komuni u differenti bejn iż-żgħażagħ u lanzjani u bejn l-irġiel u n-nisa. Fil-konklużjoni se ninkludi sommarju tal-analiżi li nkun għamilt u ta’ dak li nkun skoprejt permezz ta’ din ir-riċerka. L-aħħar taqsima ta’ din ir-riċerka tikkonsisti fit-traskrizzjonijiet tar-recordings talinfurmanti li jinsabu fl-appendiċi.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6380
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BAMAL026.pdf
  Restricted Access
1.66 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.