Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6381
Title: Ir-repetizzjoni fin-novelli ta’ Walid Nabhan
Authors: Zammit, Melvic
Keywords: Nabhan, Walid, 1966- -- Criticism and interpretation
Repetition (Rhetoric)
Fiction -- Technique
Issue Date: 2015
Abstract: Din it-teżina tistħarreġ it-teknika tar-repetizzjoni fin-narrattiva u speċifikament iżżewġ ġabriet ta’ novelli u l-ewwel żewġ pubblikazzjonijiet ta’ Walid Nabhan, Lura ddar, u ġrajjiet oħra li ma ġrawx (2009) u Leħen tal-Fuħħar u stejjer oħra (2012). Xogħlijiet narrattivi, bħan-novella u r-rumanz, jistgħu jiġu interpretati fost l-oħrajn permezz tal-identifikazzjoni u t-tifsir li jinħoloq bir-rikorrenzi (Miller 1). Għaldaqstant ippruvajt nidentifika r-repetizzjonijiet fil-lingwaġġ figurattiv u r-repetizzjonijiet fillingwa b’mod ġenerali biex nanalizza l-effetti tematiċi li jħallu, u eventwalment nipproponi interpretazzjoni tan-narrattiva. L-ewwel fażi ta’ dan ix-xogħol tinkludi ħarsa kritika lejn dak li nkiteb dwar l-awtur u lletteratura tiegħu u ħarsa lejn dak li kiteb huwa stess dwar in-narrattiva tiegħu u lletteratura b’mod ġenerali. Fost l-aktar kummenti komuni li dehru fir-riċensjonijiet u l-intervisti kien hemm osservazzjonijiet dwar il-personalità maqsuma tiegħu bħala awtur Malti Palestinjan u x’effett tista’ tħalli fuq il-kitba tiegħu. Jiġu ttrattati l-aspetti realistiċi u immaġinattivi fin-narrattiva tiegħu. F’din il-ħarsa kritika ħarist mill-qrib lejn is-sit soċjali tal-awtur, spazju li jużah, fost l-oħrajn, biex jirrimarka dwar sitwazzjonijiet kurrenti bħalma jagħmel fin-novelli tiegħu. Barra minn hekk, f’dan lispazju Nabhan jittratta ħsibijiet u kummenti kritiċi dwar il-letteratura u jikteb siltiet qosra ta’ narrattiva jew poeżija. It-tieni parti tat-teżina tittratta fehmiet differenti, u xi drabi kuntrastanti, dwar itteknika tar-repetizzjoni li għandhom l-għeruq tagħhom fil-filosofija bikrija ta’ Platun u Nietzsche. Din il-parti tittratta b’mod partikolari l-identifikazzjoni tar-repetizzjoni fillingwa, l-aktar fis-sintassi, l-anafora, l-epiżewski, l-alliterazzjoni, il-konsonanza, lassonanza, il-polisindeto, u r-rima. L-identifikazzjoni ta’ dawn it-tekniki letterarji, flimkien mal-użu ta’ litanija ta’ frażijiet simili, ir-repetizzjoni nevrotika, ir-rikordji, u lkoppji lessikali, wassluni biex nanalizza x’tip ta’ effetti tematiċi jħallu fuq innarrattiva. Fit-tielet parti ffukajt, bħalma jissuġġerixxi Porter Abbott, fuq il-mod kif it-temi huma implikati fil-motivi u fuq kif l-awtur jerġa’ lura lejn it-temi u l-motivi li jkunu ssemmew diġà fin-narrattiva tiegħu. Fin-novella “Għadni ġej minn hemm,” fl-ewwel ġabra ta’ novelli (Lura d-dar 9), wieħed mill-aktar motivi li deher kien dak tal-“ħofra.” Din ilmetafora timplika iżjed minn tema waħda għaliex apparti l-mewt tiġi trattata ddiżillużjoni emozzjonali u psikoloġika, bit-tnejn li huma jidhru iżjed minn darba, f’iżjed minn novella waħda. Fl-istess novella, il-mod kif il-Maltin iħarsu lejn razez differenti, b’mod partikolari l-Għarab, jidher f’sitwazzjoniiet differenti u jitwassal b’tekniki letterarji differenti, bħall-polisindeto.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6381
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BAMAL029.pdf
  Restricted Access
1.35 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.