Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6419
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-11-13T08:57:43Z-
dc.date.available2015-11-13T08:57:43Z-
dc.date.issued2015-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6419-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractIl-karattru huwa l-iktar element naturali f’rumanz u novella għaliex permezz tiegħu jiżvolġu l-azzjonijiet tar-rakkont.,. Skont Oliver Friggieri, in-novella hija “storja qasira, ta’ tul li jvarja, mibnija fuq ġrajja ċentrali waħda, b’nisġa ta’ fatti li ma jdumux ma jwasslu għall-qofol u għall-għeluq” (Dizzjunarju515-516). Fil-letteratura Maltija ma hemmx differenza bejn novella u storja qasira, jiġifieri ma hemmx differenza terminoloġika, li ssibha f’letteraturi oħrajn. skont it-tul tan-novella. L-enfasi fuq il-moħħ tal-karattru, parti integrali min-novella, tixħet dawl fuq l-għamla personali u psikoloġika ta’ karattru wieħed. Friggieri jargumenta li xi drabi n-novella Maltija “tinbena fuq il-personalità ta’ karattru ewlieni u “l-istorja sseħħ biex tixħet dawl fuq naħa jew oħra ta’ din il-personalità,” u drabi oħra n-novella “hi espożizzjoni ta’ stħarriġ tax-xeħta psikoloġika, tal-personaġġ, u l-azzjoni sseħħ biex tixħet dawl fuq id-dinja ġewwiena, moħbija tiegħu” (516). Din l-enfasi fuq il-moħħ tal-karattru ewlieni tidher kemm fir-rumanzi kif ukoll fl-aħjar novelli ta’ Sammut. Newbiet hija ġabra ta’ novelli li jixħtu iktar minn dawl wieħed fuq l-interjorità tal-persunaġġ, fuq l-azzjonijiet tiegħu bħala riżultat ta’ qagħda psikoloġika f’għeluq li mhux dejjem hu konklużiv. Hemm numru ta’ novelli li jitħaddtu dwar aspetti differenti tal-ħajja f’soċjetà tipika tan-narrattiva tas-sittinijiet u s-sebgħinijiet, u jħallu lill-protagonist iżolat, maqtugħ mill-bqija, u għalhekk psikoloġikament staġnat bejn din ir-realtà u r-realtà tiegħu. Għaldaqstant it-teżina inqdiet bil-psikanaliżi, l-aktar bil-psikanaliżi Freudjana, biex tinterpreta x-xejriet psikoloġiċi li toffri l-ġabra Newbiet, bi stħarriġ aktar mill-qrib tal-protagonist imwiegħer u tal-karattri li jantagonizzawh f’rakkont twil bħal “Il-Qtil ta’ Sqaq il-Ħorr.” Il-psikanaliżi, mibdija minn Sigmund Freud, tħares lejn dak kollu li jikkostitwixxi l-psike tal-individwu, sa minn ċkunitu. Tħares ukoll lejn il-kunflitt bejn l-inkonxju u l-konxju u l-mekkaniżmu tar-ripressjoni bħala difiża minn ċerti ħsibijiet. Għaldaqstant, it-teżina tapplika x-xogħol ta’ Freud għad-dinja ta’ Newbiet biex ittella’ aktar fil-wiċċ il-qagħda personali tal-karattri, b’enfasi fuq ir-realtà ġewwiena tagħhom, l-ego, u kif dan jaħdem favur jew kontra s-sitwazzjonijiet li jseħħu b’tali mod li l-ego jinfluwenza l-psike biex jaħdem b’ċertu mod. L-interpretazzjoni Freudjana ntgħażlet ukoll minħabba li n-natura tal-proża ta’ Sammut tesplora l-interjorità tal-karattru biex tiddeskrivi l-estern jew tikkummenta dwaru.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectSammut, Frans, 1945-2011. Newbiet -- Criticism and interpretationen_GB
dc.subjectPsychoanalysis in literatureen_GB
dc.subjectEgo (Psychology) in literatureen_GB
dc.titleInterpretazzjoni Freudjana kontemporanja ta’ "Newbiet"en_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorBorg, Renzo-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BAMAL004.pdf
  Restricted Access
1.35 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.