Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6420
Title: | Il-baned Maltin : studju lessikali |
Authors: | Sciberras, Mark Anthony |
Keywords: | Maltese language -- Variation Sociolinguistics Register (Linguistics) |
Issue Date: | 2015 |
Abstract: | Fit-taqsima 1.1 ser nagħti ħarsa ħafifa fuq is-sitwazzjoni li kien hawn qabel it-twaqqif tal-baned. Imbagħad fit-taqsima 1.2, ser niddiskuti l-influwenza Taljana u Brittanika fil-formazzjoni tal-ewwel baned f'Malta. F'din it-taqsima ser niddiskuti wkoll il-kontribut li taw Indrì Borg u Filippo Galea li kienu huma li stabbilixxew l-ewwel baned formali. Fit-taqsima 1.3 ser naraw kif il-baned bdew jixterdu madwar Malta u Għawdex. F'numru kbir ta' rħula bdejna naraw żewġ baned li jappoġġjaw festi differenti, jew saħansitra l-istess festa. Fit-taqsima 1.4 nitkellem fuq is-sehem li kellhom il-baned fil-ħajja Maltija. Ħafna drabi kienu jkunu nies tat-tajjeb li jipprovdu bażi finanzjarja lill-baned biex dawn ikomplu jiffurmaw. Dan wassal biex maż-żmien xi baned bdew jieħdu l-laqam wara l-fundatur jew l-ewwel surmast tal-banda u ħafna minnhom għadhom magħrufin hekk sal-lum. Uħud mill-laqmijiet li għandhom il-baned ser niddiskutihom f'taqsima 1.5. Fit-taqsima 1.6 ser nitkellem fuq il-marċi li jindaqqu mill-baned Maltin waqt li fit-taqsima 1.7 ser niddiskuti kif il-baned bdew jieħdu sehem fil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira. Fit-taqsima 1.8 nitkellem fuq l-allievi u l-bandisti waqt li taqsima 1.9 fiha informazzjoni fuq kif tifforma l-banda meta tkun ser tagħmel xi servizz mużikali fit-toroq. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6420 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2015 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
15BAMAL023.pdf Restricted Access | 4.22 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.