Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6421
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-11-13T08:59:03Z-
dc.date.available2015-11-13T08:59:03Z-
dc.date.issued2015-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6421-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractL-istudju tiegħi huwa bbażat fuq l-element lessikali fit-taħditiet tad-djaletti li Ġużè Aquilina u Benedikt Isserlin ġabru għas-Survey of Contemporary Dialectal Maltese, ippubblikat mill-Università ta’ Leeds fl-1981. Hawnhekk qbadt il-fajls diġitalizzati minn fejn ħarġet din il-pubblikazzjoni, smajthom kollha u ħloqt dokumentazzjoni dettaljata tagħhom. L-għan tiegħi hu li nerġa’ nagħti l-ħajja lil dawn it-taħditiet billi nirrappreżentahom b’mod ġdid permezz tal-kitba. B’kollox smajt u ddokumentajt 92 fajl li jammontaw għal kważi 50 siegħa rikordjar. Dan il-proċess twil tani ċ-ċans nibni l-ewwel verżjoni tad-dokumentazzjoni. Għall-għanijiet tat-teżi mbagħad, kelli nnaqqi din ir-rappreżentazzjoni biex nagħżel l-aktar elementi relevanti. Hawnhekk eliminajt xi siltiet u kolonni sħaħ ta’ informazzjoni li ma rajtilhom l-ebda potenzjal analitiku. Dan il-proċess wassalni għat-tieni verżjoni tad-dokumentazzjoni, rappreżentazzjoni mċekkna li ressqitni iżjed lejn il-kontenut primarju tal-fajls. Wara li kelli din il-verżjoni f’idi, stajt nibda nistudjaha bir-reqqa u nara kif se niżviluppaha f’analiżi. Sadanittant, però, kollox kien għadu mifrux u mħallat tul id-dokumentazzjoni kollha. Għaldaqstant, jiena ridt nikklassifika l-kontenut li ġbart skont il-kategoriji lingwistiċi/letterarji li jittrattaw. Hawnhekk irnexxieli naqsam it-taħditiet f’erba’ sezzjonijiet ewlenin: il-fonoloġija, il-morfoloġija, il-lessiku u l-letteratura orali. Permezz ta’ din il-qasma ċara (fejn jidħol il-kontenut tad-dokumentazzjoni) stajt nibda niffoka iżjed fuq il-kitba u t-tqassim tat-teżi.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectDialectologyen_GB
dc.subjectMaltese language -- Variationen_GB
dc.subjectRegister (Linguistics)en_GB
dc.titleStudju lessikali tat-taħditiet djalettali li ġabru Aquilina u Isserlinen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorGrima, John Paul-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BAMAL014.pdf
  Restricted Access
5.08 MBAdobe PDFView/Open Request a copy
Appendici 3_1. It-2ni Verżjoni.pdf
  Restricted Access
2.4 MBAdobe PDFView/Open Request a copy
Appendici 3_1a. L-1el Verżjoni (Siltiet Ewlenin).pdf
  Restricted Access
2.35 MBAdobe PDFView/Open Request a copy
Appendici 3_1b. L-1el Verżjoni (Siltiet Oħra).pdf
  Restricted Access
678.91 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.