Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6424
Full metadata record
DC Field | Value | Language |
---|---|---|
dc.date.accessioned | 2015-11-13T09:01:29Z | - |
dc.date.available | 2015-11-13T09:01:29Z | - |
dc.date.issued | 2015 | - |
dc.identifier.uri | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6424 | - |
dc.description | B.A.(HONS)MALTESE | en_GB |
dc.description.abstract | Din it-teżina titratta t-tema awtobijografika fil-poeżiji ta’ Dun Karm. L-għan tal-awtobijografija huwa li jingħarfu l-emozzjonijiet li huma prova ta’ dak li għadda minnu l-awtur. L-ewwel raġuni għaliex għażilt din it-tema hija l-fatt li huwa poeta li matul l-istudji tiegħi fil-Malti kien fost l-aktar li jissemma fil-qasam kulturali, kemm għax huwa l-poeta nazzjonali kif ukoll minħabba l-kontribut siewi li ta lil-letteratura Maltija. Matul is-snin tiegħi fl-universita’ kompla qanqal fija l-interess lejn il-poeżiji tiegħu waqt li analizzajna l-poema tiegħu Il Jien u lil hinn minnu li permezz tagħha fassalt il-ħsieb sabiex bil-għajnuna ta’ temi differenti mill-poeżiji tiegħu nkun nista’ nifhem aħjar dak li għadda minnu matul ħajtu. Bis-saħħa tal-bijografija tal-poeta, Dun Karm – ħajtu u ħidmietu ta’ Ġuże’ Cardona rnexxieli nifhem iżjed li fost il-poeti romantiċi Maltin huwa spiss għamel referenza għall-ħajja personali tiegħu. Filwaqt li diversi possibbli jiktbu dwar ħajjithom fi żmien ix-xjuħija, Dun Karm beda jikteb din it-tema sa mis-snin bikrija tiegħu. Kull min iħares lejn din it-tema jkun possibbli għalih sabiex jiftakar u jitgħallem dwar dak li għadda minnu l-poeta. Raġuni oħra li analizzajt lil dan il-poeta u mhux wieħed mill-moderni fil-letteratura Maltija hija għaliex ma jittrattax biss il-ħajja personali minn oqsma b’ mod kritiku negattiv iżda jara wkoll l-aspett pożittiv u jfaħħar dak kollu li għandu madwaru minkejja l-ikrah li ġarrab f’ ħajtu. Dan ix-xogħol huwa maqsum f’ seba’ kapitli. L-ewwel kapitlu jistħarreġ fuq id-definizzjoni tal-awtobijografija u dak kollu li jiddeterminaha, kif ukoll x’ għandu bżonn poeta biex ikun meqjus poeta u x’ wassal lir-romantiċi jiktbu l-awtobijografija fil-versi tagħhom. It-tieni kapitlu jagħti ħarsa ħafifa lejn il-bijografija ta’ Dun Karm u minn hemm ‘il quddiem, permezz tal-għarfien dwar ħajtu, bejn kapitli tlieta u sebgħa jidher kif dak kollu li għadda minnu tul ħajtu huwa jesprimih b’ diversi poeżiji li huma analizzati f’ ħames kapitli differenti, imqassmin fuq dawn it-temi: ir-rabta mal-omm, is-solitudni, il-pajsaġġ Malti, it-tfulija u ż-żmien li għadda. | en_GB |
dc.language.iso | mt | en_GB |
dc.rights | info:eu-repo/semantics/restrictedAccess | en_GB |
dc.subject | Karm, Dun, 1871-1961 -- Criticism and interpretation | en_GB |
dc.subject | Maltese poetry -- 20th century | en_GB |
dc.subject | Autobiography in literature | en_GB |
dc.title | L-awtobijografija f’Dun Karm | en_GB |
dc.type | bachelorThesis | en_GB |
dc.rights.holder | The copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder. | en_GB |
dc.publisher.institution | University of Malta | en_GB |
dc.publisher.department | Faculty of Arts. Department of Maltese | en_GB |
dc.description.reviewed | N/A | en_GB |
dc.contributor.creator | Scicluna, Kimberly | - |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2015 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
15BAMAL024.pdf Restricted Access | 986.53 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.