Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6446
Title: Is-sengħa tal-inbid : dokumentazzjoni u glossarju
Authors: Xiberras, Terri-Anne
Keywords: Viticulture -- Malta
Viticulture -- Terminology
Register (Linguistics)
Issue Date: 2015
Abstract: Hekk kif jasal Settembru, sewwasew mal-festa tar-raħal il-Vitorja, jasal żmien il-ħsad tal-għeneb li mbagħad jintgħasar sabiex isir inbid. Niftakar f’meta kont għadni daqsxejn ta’ tifla, u flimkien maz-zijiet u l-kuġini konna mmorru ngħinu liz-ziju Indrija jaħsad l-għeneb. Din hija tradizzjoni qadima li kbirt fiha u li għalhekk ma stajt bl-ebda mod naħdem fuq sengħa tradizzjonali li ma tkunx dik tal-għeneb. Għalkemm l-għajnuna tiegħi kienet limitata, minħabba li m’iniex midħla tal-għasir talgħeneb, xorta waħda ħassejt li għandi nagħmel it-teżi tiegħi dwar it-tkabbir tad-dwieli u l-għasir tal-għeneb. Il-fatt li din is-sengħa ilha ssir għadd ta’ snin fil-familja tiegħi, l-ewwel kien komplieha n-nannu Franġisk wara missieru, u mbagħad komplieha z-ziju Indrija warajh, kienet ta’ vantaġġ u ta’ għajnuna kbira għalija sabiex jiena nsir midħla ta’ ħafna mit-termini li eventwalment ġejt biex nagħti ddefinizzjonijiet tagħhom. Wara kollox, stajt nagħmel dan bl-għajnuna tan-nannu u anke taz-ziju Indrija li ilhom jaħdmu din is-sengħa bħala delizzju u anke biex ibigħu xi kwantità ta’ għeneb lill-Marsovin. It-tema li għażilt hija tat-tkabbir tal-għeneb u l-produzzjoni tiegħu sabiex isir inbid. Liskop ewlieni hu li nkompli nsaħħaħ il-vokabularju Malti fir-rigward tat-termini tassengħa tat-tkabbir u l-għasir tal-għeneb li jsir fid-dar, minħabba li hija tradizzjoni antika tagħna l-Maltin. Għaliex, ngħid is-sewwa, inħoss għafsa ta’ qalb meta naħseb li tant termini li jintużaw f’din is-sengħa hekk sabiħa jistgħu f’qasir żmien jintesew u jintilfu għalkollox. Fil-fatt għamilt ġabra ta’ termini li qabel ma kinux miġbura u li issa ġew dokumentati, fosthom: is-sengħa bħala waħda sħiħa, xi varjetajiet ta’ għeneb: Chardonnay, Grenache u Syrah, proċessi differenti: kemm antiki u kemm tal-lum, flimkien mal-għodod u affarijiet oħra. Dawn huma msieħba ma’ sett ta’ ritratti, filmati u anke żewġ intervisti. F’ċerti każijiet wieħed jista’ jinnota xi kliem Malti li m’għadux jintuża u floku qed jintuża kliem minn lingwi oħrajn, aktarx minħabba li ċertu kliem Malti antik intesa. Eżempju ċar huwa tal-kelma ‘crusher’, li ġejja mill-Ingliż , li llum tista’ tgħid ħadet post il-kelma Maltija ‘magħsar’. Dan ġieli jiġri minħabba li persuni li huma żgħar fl-età jiltaqgħu l-ewwel darba mal-kelma bl-Ingliż (ngħidu aħna, fl-iskola jew inkella millpubbliċità) u allura ma jkunux jafu l-kelma eżatta bil-Malti, li allura tintesa u tmut max-xjuħ tagħna. Fl-aħħar mill-aħħar, għamilt dan ix-xogħol minħabba li l-lingwa Maltija minn dejjem kienet għal qalbi u għalhekk xtaqt li nagħti l-kontribut tiegħi sabiex din ma tintilifx. Minbarra li komplejt insaħħaħ u nkabbar l-għarfien tiegħi dwar din is-sengħa, xtaqt indomm vokabularju wiesa’ u komprensiv, kif jixraq lil din is-sengħa, li hija żagħżugħa daqskemm hi qadima.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6446
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BAMAL028.pdf
  Restricted Access
10.76 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.