Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/67146
Title: Analiżi tal-marki tal-karta tal-eżami tal-Malti taċ-Ċertifikat għall-Edukazzjoni Sekondarja (Mejju, 2016)
Authors: Galdes, Joseph Charles
Keywords: Maltese language -- Study and teaching (Secondary) -- Malta
SEC (Educational test)
Sex differences in education -- Malta
Issue Date: 2018
Citation: Galdes, J.C. (2018). Analiżi tal-marki tal-karta tal-eżami tal-Malti taċ-Ċertifikat għall-Edukazzjoni Sekondarja (Mejju, 2016) (Master's dissertation).
Abstract: L-eżamijiet huma bħal passaport biex wieħed ikun jista’ jkompli l-vjaġġ akkademiku tiegħu. F’Malta, l-eżamijiet taċ-Ċertifikat għall-Edukazzjoni Sekondarja (ĊES) jingħataw importanza kbira. Fil-verità huma dawn l-eżamijiet li jiddeterminaw jekk wieħed ikomplix javvanza ’l quddiem fl-edukazzjoni jew jiqafx (hekk imsejħa high stakes exams). M’hemm l-ebda riċerka li tanalizza b’mod dettaljat il-marki oriġinali (raw scores) tal- kandidati f’kull taqsima tal-karta tal-eżami tal-Malti taċ-ĊES. L-għan prinċipali ta’ dan l- istudju kien li janalizza l-marki totali taż-żewġ karti tal-eżami tal-Malti (separatament u globalment) u ta’ kull taqsima li jinkorporaw dawn iż-żewġ karti tal-eżami. L-analiżi saret fuq il-karta tal-eżami tal-Malti taċ-ĊES ta’ Mejju tas-sena 2016. L-ewwel saret analiżi b’mod ġenerali għal dawk li qagħdu għal karta A u għal dawk li qagħdu għal karta B separatament. Imbagħad, ġew mistħarrġa d-differenzi fil-marki bejn il-ġeneri (bniet u subien) u bejn is-setturi skolastiċi (skejjel tal-Knisja, Indipendenti u tal-Istat). Il- marki oriġinali kollha tal-kandidati ngħataw b’kunfidenzjalità assoluta lir-riċerkatur mill- Prinċipal Uffiċjali tal-bord tal-Matriculation Secondary Education Certificate (MATSEC). L-analiżi tal-marki saret permezz tal-IBM Statistical Package for the Social Sciences (SPSS) verżjoni 24.0. Ir-riżultati wrew li l-kandidati ta’ karta A kisbu marki medja ogħla minn dawk il-kandidati li qagħdu għal karta B. Barra minn hekk, meta l- marki kienu mistħarrġa f’relazzjoni mal-ġeneru, b’mod ġenerali nstab li l-kandidati bniet kemm ta’ karta A kif ukoll ta’ karta B marru aħjar mis-subien u d-differenzi kienu statistikament sinifikanti. B’mod ġenerali, meta l-istess marki ġew mistħarrġa skont is- settur skolastiku nstab li l-marki medja tal-kandidati tal-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti kienu ogħla mill-marki medja tal-kandidati tal-iskejjel tal-Istat. Iktar minn hekk, instabet korrelazzjoni pożittiva bejn it-taqsimiet kollha tal-karti tal-eżami tal-Malti kemm għall- kandidati li għamlu karta A kif ukoll għal dawk li għamlu karta B. Fil-futur tajjeb li ssir riċerka simili ta’ dan l-istudju fuq snin oħra biex ikun jista’ jingħaraf jekk hemmx xejra rikorrenti. Barra minn hekk, huwa importanti li jsir studju kwalitattiv u jiġu intervistati dawk li jagħmlu l-karta tal-eżami tal-Malti taċ-ĊES (paper setters) u l-kandidati nfushom. X’qed iżomm lis-subien iġibu marki aktar baxxi mill-bniet fil-Malti? X’qed iżomm lill-istudenti li ġejjin mill-iskejjel tal-Istat iġibu marki inqas mill-istudenti li ġejjin mill-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti fil-Malti?
Description: M.TEACHING&LEARNING
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/67146
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18MTL016.pdf
  Restricted Access
10.33 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.