Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6816
Title: | It-tfal fil-proża moderna Maltija : analiżi psikoloġika |
Authors: | Tanti Gregoraci, Mariaelena |
Keywords: | Children in literature Psychology and literature Maltese fiction -- 20th century -- Criticism and interpretation Maltese fiction -- 21st century -- Criticism and interpretation |
Issue Date: | 2015 |
Abstract: | Dan l-istudju jipprovdi analiżi ta' xi xogħlijiet ta' proża Maltija li jirrakkuntaw il-ħajja ta' persunaġġi f'familji disfunzjonali, b'konċentrazzjoni partikolari fuq l-esperjenzi tat-tfal. L-istudju jsir bl-użu ta' teoriji psikoloġiċi li permezz tagħhom jiġi analizzat sew dak li l-kittieba jiktbu fil-proża tagħhom. Għaldaqstant aktar milli studju letterarju din it-teżina għandha l-għan li tistħarreġ kif il-qasam psikoloġiku se jinterpreta dak li jippreżentaw il-prożaturi Maltin biex wieħed jiġġudika jekk l-awturi tawx stampa realistika ta' x'jiġri f'każi ta' familji disfunzjonali jew le. L-istudju janalizza liema huma l-kawżi li jwasslu biex familja ma tibqax tiffunzjona tajjeb u kif dawn jidhru fir-rakkonti analizzati. Barra minn dawn tingħata ħarsa wkoll lejn l-effetti - speċjalment fuq it-tfal - li sitwazzjonijiet negattivi fil-ħajja ta' familja jħallu. L-istudju jara x'effetti għandhom trawmi bħas-separazzjoni tal-ġenituri, id-divorzju u l-mewt ta' xi membru jħallu fuq il-kumplament tal-familja. Mill-analiżi li saret joħroġ li dak li jirrakkontaw l-awturi huwa simili għal dak li diversi teoristi fil-qasam tal-psikoloġija tteorizzaw. L-istudju jagħlaq billi jsir paragun ta' dak li nkiteb mill-awturi Maltin ma' xi xogħlijiet b'tematika simili ta' kittieba Ewropej biex jiġi evalwat jekk l-awturi Maltin humiex jaqsmu l-ħsibijiet u l-preokkupazzjonijiet tagħhom ma' dawk barranin. |
Description: | M.A.MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6816 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2015 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
15MAMAL001.pdf Restricted Access | 1.61 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.