Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6817
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-12-03T09:10:47Z
dc.date.available2015-12-03T09:10:47Z
dc.date.issued2015
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6817
dc.descriptionM.A.MALTESEen_GB
dc.description.abstractDin it-teżi hija mqassma f’erba’ kapitli. L-ewwel kapitlu huwa maqsum f’żewġ partijiet. L-ewwel parti tittratta l-logħob tan-nar f’Malta u t-tieni parti tħares lejn is-soċjolingwistika u l-fatturi li jaffettwaw il-lingwa tal-persuna. Din il-parti tinvolvi n-natura soċjali tal-lingwa, il-varjetajiet tal-lingwa fosthom l-età, il-ġeografija u l-edukazzjoni tal-persuna, id-djalett, studji Maltin li taw kontribut f’dan il-qasam lingwistiku; il-Malti standard u d-djalett, ir-reġistru u studji Maltin dwaru, ir-relazzjoni bejn ir-reġistru u d-djalett, u l-akkomodazzjoni lingwistika. It-tieni kapitlu jittratta l-metodoloġija u l-intervisti. Dan il-kapitlu jispjega kif bnejt il-metodoloġija u l-intervisti u jinvolvi fih metodi oħrajn barranin li għenuni nagħżel liem wieħed se nuża, l-għażla tat-termini, ir-ritratti u l-filmati, u l-problemi li jġibu magħhom, l-għażla tal-informanti u l-lokalitajiet, l-irwol tal-intervistatur, l-istudju pilota, l-intervisti u l-problemi li jġibu magħhom. It-tielet kapitlu jinkludi l-analiżi tar-riżultati maqsuma fi tmien partijiet: il-varjazzjoni lessikali u l-frekwenza tat-termini bl-użu tat-tabelli u ċ-ċirkugrafiċi, ir-riżultati tar-ritratti jew vidjows li fihom tidher il-varjazzjoni tal-ġeografija jew tal-lokalità, it-tqassim ġeografiku tal-NSO u l-varjazzjoni lingwistika, il-varjazzjoni tal-età, il-varjazzjoni bejn kmamar tal-istess raħal, il-varjazzjoni u l-glossarju, kliem ieħor li daħal fil-glossarju tal-piroteknika matul l-intervisti u l-aspetti lessikali u grammatikali li nsibu fil-glossarju . F’dan il-kapitlu kelli wkoll għadd ta’ diskussjonijiet mat-tutur biex wasalna għall-aħjar deċiżjonijiet. L-aħħar kapitlu jinvolvi r-reġistru; il-ħtieġa tal-glossarju, id-deskrizzjoni u t-taqsiriet użati fil-glossarju, u l-glossarju nnifsu maqsum fi ħdax-il taqsima. Fl-aħħar ta’ dan l-istudju wieħed isib l-appendiċi li huwa mqassam fi tliet partijiet. Appendiċi 1 fih l-informazzjoni meħtieġa tal-parteċipanti li ħadu sehem f’dan l-istudju soċjolingwistiku. Appendiċi 2 jinkludi l-proposta għall-formola tal-kunsens tal-parteċipanti. Appendiċi 3 fih l-istampi li wrejt lill-informanti waqt l-intervisti, u l-vidjows se jkunu rappreżentati f’CD.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectRegister (Linguistics)en_GB
dc.subjectSociolinguistics -- Maltaen_GB
dc.subjectFireworks industry -- Maltaen_GB
dc.titleStudju soċjolingwistiku fuq ir-reġistru tal-piroteknika Maltijaen_GB
dc.typemasterThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorGrima, Carlston
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15MAMAL002.pdf
  Restricted Access
22.99 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.