Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/70536
Title: | L-alterità fis-sensibilità lirika ta’ Immanuel Mifsud |
Authors: | Agius, Beverly (2020) |
Keywords: | Mifsud, Immanuel, 1967- -- Criticism and interpretation Maltese poetry -- 20th century Maltese poetry -- 21st century Other (Philosophy) in literature Phenomenology and literature Existentialism in literature |
Issue Date: | 2020 |
Citation: | Agius, B. (2020). L-alterità fis-sensibilità lirika ta’ Immanuel Mifsud (Master's dissertation). |
Abstract: | F’din it-teżi se nittratta l-alterità jew il-kunċett tal-Ieħor, l-Oħra, jew l-Oħrajn fis-sensibilità lirika ta’ Immanuel Mifsud, u għalhekk, se nkun qegħda nistudja l-involviment tal-poeta ma’ dan il-fenomenu barrani, esterjuri, għarib iżda wkoll intimu, domestiku u familjari għallkuxjenza poetika tiegħu. L-analiżi dwar il-manifestazzjonijiet tal-Ieħor fil-poeżija jew lejn kulma huwa ’l hinn mill-Jien ta’ Mifsud, madanakollu, se tkun qed tressaqni wkoll dejjem aktar qribu. F’dan is-sens, l-iskrutinju dwar l-alterità se jservi wkoll bħala stħarriġ dwar ilpersona, l-innifsi tal-poeżija. Wara kollox, wieħed ma jinbeniex mingħajr il-preżenza talieħor. Din il-kumplimentarjetà etika, korporali, u xi minn daqqiet kunfliġġenti bejniethom, se tkun is-sies tal-argument ewlieni f’din it-teżi. Sabiex nistħarreġ l-alterità, fl-analiżi tal-poeżiji se nagħti importanza lil kulma jinsab lil hinn mill-persona, fis-sens ta’ qabilha jew warajha, bħala persuna fiżika, ambjent, jew saħansitra bħala prospett jew passat. Bl-istess argument se nippreżenta stħarriġ dwar kulma jinsab madwarha jew saħansitra fiha, li ma huwiex hi. U għalhekk se nqis dan il-prinċipju bħala s-sens ġenerali li minnu tissawwar l-alterità fil-poeżija. Fl-istess linja ta’ ħsieb, se nkun qed nargumenta li dawn id-diverġenzi tal-Ieħor, spazjali daqskemm temporali, mill-persona jingħarfu wkoll bħala konverġenzi tiegħu mal-istess sensibilità li tfittixhom. Dan il-paradoss li permezz tiegħu tinbena jew tinħatt l-identità tal-Jien u magħha l-alterità tal-Ieħor matul irriċerka se jkompli jitwessa’ permezz ta’ leħmiet fenomenoloġiċi u Eżistenzjali applikati fuq il-kuntesti varji tal-poeżija. B’interventi kontinwi mill-filosofija, se nkun qed nevalwa l-perċezzjoni tal-kelliem mifruxa għall-komportament u t-tiġrib sensorjali sħiħ ta’ ġismu. Dan se jwassalni biex ngħaddi mill-għarbiel il-ħarsa tal-persona li daqqiet tiġġarrab bħala l-aġent kostituttiv taddinja lirika u daqqiet oħra timmanifesta ruħha bħala l-ġabra nnifisha tal-kostitwenti li jiffurmawha, il-prodott finali tal-viżjoni. Se nsib li l-ħarsa lirika hija komposta minn xejriet estetiċi daqskemm esperjenzi onejriċi. Imbagħad nirraġuna li dan it-tiġrib sofistikat tassensibilità lirika, madanakollu, isib għeruqu f’saffi iktar primordjali tal-esperjenza umana. Hawnhekk nibda nittratta d-dominju preriflessiv jew ir-reġjun prepersonali tal-poeżija kkaratterizzat mill-kelma karnali jew mis-silenzju artikulat bejn il-korpi. Wara ngħaddi għallmetafora interkorporali, it-teknika li b’lingwaġġ ġestikulari komuni għall-komponenti li jiffurmawha, torbot sfiq ma’ xulxin is-sensibilitajiet siekta li jlaħħmuha. F’dan il-Laħam dinji tal-poeżija, kunċett ieħor li nissellef minn Merleau-Ponty, nibda ninnota wkoll aspetti ta’ riversibilità li jisfumaw il-metafora interkorporali għal ġo teknika oħra: il-kjażmu, irrealizzat b’diverġenza karnali bejn il-korp senzjenti u dak sensibbli fil-poeżija. Dan id-diskors fenomenoloġiku mibni fuq il-filosofija ta’ Levinas u l-fenomenoloġija ta’ Merleau-Ponty jlestini għat-taqsima finali tat-teżi li fiha, permezz tal-Eżistenzjaliżmu ta’ Jean-Paul Sartre u tal-istudji rispettivi ta’ Oliver Friggieri u Bernard Micallef, niddiskuti leżistenzi varji tal-persona f’Mifsud. Hawnhekk nargumenta li proprju għax hija libera, ilkuxjenza lirika kontinwament ikollha tagħżel bejn il-qagħdiet kunfliġġenti li jirrappreżentawha. |
Description: | M.A.MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/70536 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2020 Dissertations - FacArtMal - 2020 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
20MAMAL002.pdf Restricted Access | 2.87 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.