Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/73499
Title: Il-qagħda tal-ilsien Malti fix-xandir fil-bidu tas-seklu 21
Authors: Caligari, Jean-Pierre (2011)
Keywords: Maltese language -- 21st century
Broadcasting -- Malta
Issue Date: 2011
Citation: Caligari, J. (2011). Il-qagħda tal-ilsien Malti fix-xandir fil-bidu tas-seklu 21 (Master's dissertation).
Abstract: L-għan ta' din it-teżi huwa Ii tiġi mistħiarrġa s-sitwazzjoni tal-lingwa fuq l-istazzjonijiet tar-radju u t-televiżjoni barranija u lokali. Dan Tħassejt Ii għandi nagħimlu minħabba Ii f'pajjiżna għad ma kellniex studju Ii juri kif qed tintuza l-lingwa fuq il-mezzi tax-xandir ta' pajjiżi barranin. Għaldaqstant f'dawn il-każijiet l-għan ewlieni hu Ii nitfa' dawl fuq il-liġijiet u regoli oħra Ii jgħinu u jsaġġu l-użu tal-lingwa fuq l-istazzjonijiet tar-radju u t-televiżjoni barranin. B'dan ii-mod inkunu nistgħu naraw id-differenzi Ii jeżistu bejn pajjiżna u pajjiżi oħra u nosservaw prattika tajba Ii, bil-bidliet dovuti, tista' tiddaħħal f'Malta b'risq żvilupp ta' Malti aħjar fil-komunikazzjoni. Fil-każ ta' Malta, għalkemm ġew ippubblikati xi kotba Ii jaglitu informazzjoni fuq l-istorja u l-iżvilupp tal-mezzi tax-xandir f'pajjizna, dawn ftit Ii xejn jittrattaw 1-uzu tal-Malti fix-xandir. Għal dan il-għan ħassejt Ii għandi nagħmel stuidju ffukat biss fuq l-użu tal-ilsien Malti fix-xandir matul iż-żmien, b'mod partikolari mid-disgħinijiet sal-bidu tas-seklu 21. Ħassejt il-bżonn Ii nittratta dan is-suġġett għaliex hu qasam importanti Ii jinfluwenza kemm lill-udjenza u kemm il-lingwa tagħha. lx-xandir jaffettwa l-imġiba tal-individwi u jinfluwenza I-ideat u l-lwemmin la' ħafna nles. Fejn qabel il-lingwa kien jagħmllha l-poplu, ilium jidher Ii x-xandara qed jaqdu din il-funzjoni. MadankollLI x-xandir hu wkoll mera lingwistika u jirrifletti ħafna mill-użu kurrenti tal-lingwa tan-nies. Huwa jistandardizza l-lingwa mitkellma u miktuba, filwaqt Ii jippreservaha u jiżviluppaha. Bis-saħħa tax-xandir il-lingwa tintuża regolarment bliala mezz ta' komunikazzjoni, filwaqt Ii jiżviluppaw forom ġodda tal-lingwa Ii jinfirxu malajr. L-udjenza qed tiltaqa' ma' varjetajiet differenti tal-lingwa bis-saħħa tax-xandir. Ngħidu aħna, għall-aħbarijiet, il-programmi, ir-reklami u t-telexiri jintużaw ġeneri differenti tal-lingwa. Fil-fatt għall-aħbarijiet jintuża Malti standard u formali, filwaqt Ii fi programmi ta' diskussjoni aktarx jintuża Malti informali. lr-reklamaturi jużaw lingwa assertiva u tal-moda biex jippruvaw jikkonvinċu lin-nies jixtru l-prodotti jew jużaw is-servizzi tagħhom. ln-nies huma l-ħin kollu f'kuntatt mal-lingwa Ii tintuża fix-xandir. lx-xandara qed jikkomunikaw ma' udjenzi kbar u ta' kull tip minħabba Ii x-xandir jipprova jilħaq lin-nies kollha. Għaldaqstant hu importanti ħafna Ii l-lingwa tintuża b'mod tajjeb biex ma tinfluwenzax ħażin lis-semmiegħa u t-telespettaturi.
Description: M.A.MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/73499
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2011
Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
M.A.MALTESE_Caligari_Jean-Pierre_2011.pdf
  Restricted Access
10.91 MBAdobe PDFView/Open Request a copy
Caligari_Jean Pierre_acc.material.pdf
  Restricted Access
64.46 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.