Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/7385
Title: Imhabba u kunflitt fir-rumanz Malti modern
Authors: Polidano, Loredana P.
Keywords: Maltese literature -- 20th century
Maltese fiction -- 20th century -- History and criticism
Love in literature
Issue Date: 2012
Abstract: Din it-teżi tipprovdi analiżi ta’ rumanzi moderni Maltin, mis-snin sebgħin ’il quddiem. L-għan huwa li dawn ir-rumanzi jiġu studjati mill-aspett ta’ teoriji psikoloġiċi b’rabta mat-temi ta’ mħabba u kunflitt. Il-varjetajiet ta’ mħabbiet hekk kif inhuma ppreżentati fit-teorija, huma ppreżentati wkoll fir-rumanzi, kif ukoll il-kunflitti differenti. Xi drabi b’xebh kbir bejn it-teorija u l-prattika, u xi kultant b’xi tibdil żgħir biex joħloq kuntrast. Kull taqsima għandha daħla biex tintroduċi dak li se jintqal fil-kapitlu b’referenza għax-xebh u kuntrast rikorrenti li hemm bejn ir-rumanzi fiż-żewġ temi magħżula. Għaldaqstant xogħol bħal dan kien jeħtieġ riċerka wiesgħa li toħroġ ’il barra mill-kritika letterarja lokali. Kotba dwar it-teoriji psikoloġiċi kienu ta’ importanza kbira f’dan l-istudju, wara l-ewwel pass tal-qari tar-rumanzi. Mill-qari u analiżi tar-rumanzi jidher kontinwament ix-xebh li l-awturi pprovaw jagħmlu ma’ dik tal-ħajja reali. L-għażla tar-rumanzi moderni wasslu lill-awturi biex ipoġġu lill-karattri tagħhom fil-ħajja tal-lum, u b’hekk ix-xebh mar-realtà huwa evidenti ħafna. Għalkemm is-sitwazzjonijiet huma komuni u jista’ jgħaddi minnhom kulħadd, l-għan tal-analiżi kienet li bl-għajnuna tat-teorija wieħed jifhem x’seta’ wassal għal ċertu tip ta’ mġieba, l-effetti li ħalliet fuq il-karattri, u b’konsegwenza ta’ xi falliment li tasal tagħmel persuna biex ittaffi t-tbatijiet u l-weġgħat tagħha.
Description: M.A.MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/7385
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12MAMAL006.pdf
  Restricted Access
1.3 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.