Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/7404
Title: Ir-rapprezentazzjoni tas-socjeta fir-rumanzi ta' Frans Sammut
Authors: Camilleri, Analise
Keywords: Sammut, Frans, 1945-2011 -- Criticism and interpretation
Society in literature
Maltese literature -- 20th century
Issue Date: 2012
Abstract: L-awturi jinfluwenzaw irwieħhom miċ-ċirkustanzi, il-fatti u l-kuntesti storiċi u kulturali li jagħġnu l-milieu soċjali tagħhom, u b’hekk jippreżentawhom bil-modi espressivi varji f’letteratura li l-eżistenza tagħha tiddependi mill-mixja u mill-prassi kulturali tas-soċjetà nfisha. Kif jistqarru l-Istoriċisti l-Ġodda test ma jimitax iżda jinvestiga u jirrappreżenta kuntest soċjali definit. Skonthom il-letteratura għandha “tikxef” dak li s-soċjetà kienet jew hija aljenata minnu. Il-Professur tal-Filosofija Ole Martin Skilleas jisħaq li t-test huwa “a tissue of quotations from diverse centres of culture, and does not come from the author, just through them” (66). L-esperjenzi soċjali (jew personali tal-awtur) u l-avvenimenti storiċi jiġu ppreżentati, b’mod deskrittiv jew preskrittiv, fil-letteratura bħala rappreżentazzjoni tas-soċjetà. Għal ħafna kittieba Maltin il-perijodu ta’ wara l-Indipendenza kien ta’ theddida għall-formazzjoni tal-kultura u l-identità nazzjonali. Il-kultura l-“antika” kellha tidħol, anki jekk fi djalettika, mal-kultura l-“ġdida.” Din id-djalettika kulturali, li testendi ruħha għal djalettika mentali, tispiċċa toħloq tensjoni bejn żewġ naħat opposti. Mingħajr ma ninjoraw il-problemi marbutin mad-definizzjoni ta’ dawn iż-żewġ kategoriji, nistgħu ngħidu li l-kunflitt huwa bejn il-konservattivi bħala l-maġġoranza u l-progressivi bħala l-minoranza. Iż- żewġ naħat jimxu f’żewġ toroq diverġenti li ma jistgħu jiltaqgħu jew jinfdu qatt.
Description: M.A.MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/7404
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12MAMAL009.pdf
  Restricted Access
1.94 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.