Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/74213
Title: Ħames innijiet dedikati Iil Santa Katarina VM
Authors: Massa, Alfred
Keywords: Catherine, of Alexandria, Saint -- Cult -- Malta
Catherine, of Alexandria, Saint -- In literature
Maltese literature -- 20th century
Maltese poetry -- 20th century
Cassar, Mikiel
Mifsud Bonnici, Carmelo, 1897-1948
Diacono, Carlo, 1876-1942
Palmier Cecy, Emmanuele
Mifsud, Lawrence, 1933-2017
Mahoney, Raymond, 1949-2023
Scicluna, Victor
Żahra, Trevor, 1947-
Żejtun (Malta) -- History
Issue Date: 2005
Publisher: Żejtun : Għaqda ta’ l-Armar 25 ta’ Novembru
Citation: Massa, A. (2005). Ħames innijiet dedikati Iil Santa Katarina VM. L-Armar : festa Santa Katarina V.M., Żejtun, 2005, 55, 57, 59
Abstract: Dan l-artiklu qed iwassal tagħrif fuq ħames innijiet li nkitbu ad unur Santa Katarina V.M. patruna tal-Belt Beland, fiż-Żejtun. L-ewwel innu inkiteb bit-Taljan minn Dun Mikiel Cassar għall-festa li kienet icelebrata fiż-Żejtun, nhar il-25 ta' Novembru 1936. Dan l-innu kien immużikat mill-bravu surmast Carlo Diacono. Dun Mikiel Cassar bena l-peożija tiegħu fuq il-vers tas-sitta u pogga żewġ versi ħdejn xulxin. lzda r-rima tinsab fl-ewwel u fit-tieni vers; fit-tielet u f'nofs ir-raba'. Rima xejn komuni għal dawk iż-żminijiet. lt-tieni innu miktub mill-avukat u poeta Carmelo Mifsud Bonnici (il-Gross) inkiteb għall-festa li kienet iċċelebrata fil-25 ta' Novembru 1937 u kien immużikat ukoll minn Mro. Carlo Diacono. Il-versi li ħaddem Mifsud Bonnici huma aktar semplici w mexejja għal din it-tip ta' poezija. Il-poeta għamel użu mill-vers tas-sebgħa imsawra fi kwartini rrimati alternat. lt-tielet innu nkiteb minn Emmanuele Palmier Cecy fl-1943. Dan kien immuzikat minn Dun Lawrenz Mifsud. Filwaqt li ż-żewġ innijiet l-oħra kienu ta' sitt strofi l-wieħed dan iħaddan sitt strofi u ritornell. Il-kwartini huma msejsa fuq il-versi tat-tmienja bir-ritmu mqabbza. Żewġ innijiet miktubin f’dawn iżżminijiet, wieħed xogħol tal-poeta Slimiż, Raymond Mahoney miktub propju għall-okkazzjoni ta' din is-sena; xogħol li gie mmużikat minn Dun Victor Scicluna. Il-poeta ħaddem il-vers tad-disgħa fl-ewwel tliet versi, imbagħad fir-raba' u l-ħames għamel użu mill-vers endeksillabu, filwaqt li l-aħħar żewġ versi huma tal-għaxra. Kull strata tispiċċa bl-istess frazi: f'kull żmien. L-aħħar innu huwa xogħol ta' Trevor Zahra miktub għall-Għaqda Banda Zejtun. Huwa innu twil b'diversi ripetiżżjonijiet u peress li l-poeżija hija twila hi mqassma f'diversi strati. Il-poeta ħaddem versi mħalltin, imma r-ritmu ma jonqosx, kif wara kollox hi meħtieża f'innijiet bħal dawn.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/74213
Appears in Collections:Għaqda ta’ l-Armar 25 ta’ Novembru
Melitensia Works - ERCL&LMlt

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Hames lnnijiet Dedikati Iii Santa Katarina VM.pdf1.6 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.