Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79946
Title: Il-vjolenza fir-rumanzi ta’ Ġużè Muscat Azzopardi
Authors: Enriquez, Anthea (2021)
Keywords: Muscat Azzopardi, Ġużè, 1853-1927 -- Criticism and interpretation
Maltese fiction -- 19th century
Maltese fiction -- 20th century
Violence in literature
Issue Date: 2021
Citation: Enriquez, A. (2021). Il-vjolenza fir-rumanzi ta’ Ġużè Muscat Azzopardi (Bachelor's dissertation).
Abstract: Dan l-istudju jipprovdi analiżi tat-tema tal-vjolenza f’numru ta’ xogħlijiet tar-rumanzier storiku Ġużè Muscat Azzopardi. It-teżina tibda billi tħares lejn numru ta’ studji u teoriji dwar il-vjolenza nfisha, kif ukoll dwar il-vjolenza fil-letteratura sabiex iktar ʼil quddiem jiġu applikati għar-rumanzi storiċi oriġinali ta’ Ġużè Muscat Azzopardi. Dan l-istudju jiddiversifika tipi differenti ta’ vjolenza. Bażikament, il-klassifikazzjoni tista’ tinġabar fi vjolenza fiżika u vjolenza li mhijiex għax hija simbolika, psikoloġika jew sistemika. L-analiżi tal-vjolenza fir-rumanzi twassal biex jiġi konkluż li f’Muscat Azzopardi l-vjolenza għandha sehem ċentrali. Terġa’ u tgħid, huma t-tipi kollha ta’ vjolenza li huma inklużi fir-rakkonti. Għalhekk, jista’ jingħad li l-preżenza ta’ din it-tema tintuża mhux biss biex iżżomm lill-qarrej iqalleb il-paġni iżda wkoll għal skopijiet li huma għalkollox ideoloġiċi. L-istudju jikkonkludi wkoll li hemm vjolenza oħra f’dawn ir-rumanzi: l-ideoloġija ppreżentata mir-rakkont stess iwettaq vjolenza simbolika kontra kategoriji soċjali differenti, partikolarment dawk meqjusini bħala l-barranin u l-karattri femminili. Finalment, l-istudju jagħti ħarsa ħafifa lejn l-ommissjonijiet li edizzjoni riċenti ta’ wħud minn dawn ir-rumanzi, adattata għat-tfal, għamlet biex jittaffa dan l-element vjolenti tant importanti fir-rumanzi oriġinali
Description: B.A. (Hons)(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79946
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2021
Dissertations - FacArtMal - 2021

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
21BAMAL006.pdf
  Restricted Access
1.49 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.