Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79947
Title: L-għoti tal-ġens grammatikali lil nomi missellfa mill-Ingliż minn oqsma semantiċi differenti
Authors: Ciantar, Kyleen (2021)
Keywords: Maltese language -- Grammar
Maltese language -- Noun
Maltese language -- Gender
Maltese language -- Foreign words and phrases -- English
English language -- Influence on Maltese
Issue Date: 2021
Citation: Ciantar, K. (2021). L-għoti tal-ġens grammatikali lil nomi missellfa mill-Ingliż minn oqsma semantiċi differenti (Bachelor's dissertation).
Abstract: Din it-teżi tikkonsisti minn seba’ kapitli ewlenin. L-ewwel kapitlu huwa wieħed introduttorju li joffri introduzzjoni ħafifa tas-suġġett. Ifisser ukoll l-għanijiet prinċipali ta’ din ir-riċerka u jagħti stampa ċara ta’ kif inhi mqassma din it-teżi u fiex jikkonsistu l-kapitli ewlenin. It-tieni kapitlu jħares lejn numru ta’ xogħlijiet li trattaw dan is-suġġett. Fih issir referenza għal xi xogħlijiet lokali kif ukoll internazzjonali li, b’xi mod jew ieħor, ikkontribwew għall-għarfien u l-iżvilupp ta’ dan is-suġġett. Dan il-kapitlu apparti li jagħti ħarsa dettaljata lejn x’inhu l-ġens grammatikali, jittratta wkoll kif oriġinat din il-kategorija grammatikali, jitkellem fuq kif taħdem f’ilsna differenti u l-mekkaniżmi użati, u kif taffettwa l-grammatika fost l-oħrajn. It-tielet kapitlu jittratta l-metodoloġija użata għal din ir-riċerka. Fih hemm spjegat kif mexxejt din ir-riċerka, il-metodu użat, l-għodda tar-riċerka u kif inbniet, l-għażla tal-varjabbli soċjolingwistiċi u l-parteċipanti, kif ġie magħżul il-kliem għal din it-teżi, kif ukoll xi konsiderazzjonijiet etiċi li kien hemm bżonn jittieħdu għal studju bħal dan fost l-oħrajn. Ir-raba’ u l-ħames kapitlu jippreżentaw ir-riżultati li nġabru mill-kwestjonarji mqassma lill-mitt parteċipant u l-analiżi u d-diskussjoni dwarhom. Ir-raba’ kapitlu jiffoka fuq l-analiżi tad-dejta skont il-varjabbli tas-sess, waqt li l-ħames kapitlu jiffoka fuq l-analiżi tad-dejta skont il-varjabbli tal-età. Jikkonsistu wkoll minn numru ta’ tabelli li jgħinu lill-qarrej jifhem aħjar dak li nstab mir-riċerkatriċi. Is-sitt kapitlu huwa dedikat għall-punti u r-riżultati li ħarġu mill-analiżi tad-dejta. Fih issir enfasi fuq dak li ġie nnutat b’rabta mal-ipoteżi u l-għanijiet ta’ din it-teżi. Is-seba’ u l-aħħar kapitlu jiġbed il-konklużjonijiet ġenerali li ħarġu minn dan ix-xogħol. Fil-konklużjoni wieħed jista’ jsib ukoll xi limitazzjonijiet ta’ dan l-istudju u xi suġġerimenti għall-futur. Dawn il-kapitli huma segwiti mill-biblijografja u l-appendiċi li huwa mqassam f’għaxar sezzjonijiet li jikkonsistu minn informazzjoni, formoli u tabelli li ntużaw għal din it-teżi. It-tabelli jistgħu jgħinu lill-qarrej jifhem aħjar ir-riżultati f’aktar dettall għaliex juru tabelli li ħarġu mill-SPSS u xi dijagrammi oħrajn.
Description: B.A. (Hons)(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79947
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2021
Dissertations - FacArtMal - 2021

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
21BAMAL005.pdf
  Restricted Access
4.51 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.