Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79975
Title: Sess, droga u mużika : id-divertiment f’xogħlijiet ta’ Sammut, Stagno u Vella Gera
Authors: Tabone, Shana (2021)
Keywords: Sammut, Frans, 1945-2011. Paceville -- Criticism and interpretation
Vella Gera, Alex, 1973- . Antipodi -- Criticism and interpretation
Stagno, Ġużè, 1976-. Inbid ta' kuljum -- Criticism and interpretation
Stagno, Ġużè, 1976-. Ramon u ż-Żerbinotti -- Criticism and interpretation
Sex in literature
Pleasure in literature
Drug abuse in literature
Music in literature
Issue Date: 2021
Citation: Tabone, S. (2021). Sess, droga u mużika: id-divertiment f’xogħlijiet ta’ Sammut, Stagno u Vella Gera (Bachelor's dissertation).
Abstract: Din it-teżina tkopri l-modi differenti ta’ divertiment b’mod partikolari s-sess, id-droga u l-mużika kif dehru fil-letteratura matul firxa ta’ żmien. Il-kittieba li ntgħażlu għal dan l-istudju kitbu f’epoki differenti: Frans Sammut, l-awtur li jirrappreżenta l-Moderniżmu Malti, bir-rumanz tiegħu Paceville, u ż-żewġ kittieba kontemporanji Ġużè Stagno b’Inbid ta’ Kuljum u Ramon u ż-Żerbinotti, u Alex Vella Gera b’L-Antipodi. L-interess primarju ta’ din it-teżina huwa storiku u l-iskop tagħha huwa li tgħin lill-qarrejja jifhmu kif evolvew dawn it-tliet temi matul iż-żmien u kif (jew jekk) il-letteratura mxietx konxjament mal-istorja. L-ewwel kapitlu jagħti ħarsa lejn kif tidher il-figura tal-mara mill-Ħarsa maskili. Dan se jsir b’referenza partikolari għax-xogħol ta’ żewġ ħassieba femministi, Kate Millett u Laura Mulvey. Fit-tieni kapitlu tingħata ħarsa storika lejn dak li ġara mis-sittinijiet sad-disgħinijiet, kemm lokalment kif ukoll fuq livell internazzjonali fir-rigward tat-tliet modi ta’ divertiment, jiġifieri s-sess, id-droga u l-mużika. Minħabba l-globalizzazzjoni, dak li seħħ barra beda jinfluwenza b’mod dirett l-imġiba tal-Maltin saħansitra fil-mod kif jilbsu u l-mużika li jisimgħu. In-nisa bdew jemanċipaw ruħhom u t-tip ta’ divertiment li bdew ifittxu beda, kulma jmur, isir aktar liberali. Fit-tmeninijiet u d-disgħinijiet, imbagħad, żviluppaw modi ġodda ta’ divertiment b’kultura akar edonista minn dik tas-snin sittin u b’element ta’ esperimentazzjoni speċjalment fejn jidħlu d-drogi, bl-introduzzjoni ta’ droga ġdida, l-ecstasy, u mużika u attività li jmorru magħha, jiġifieri r-rave parties. Din kienet l-era meta lokalment ġew organizzati l-kunċerti mużikali bħal MaltaSajf u bdew jitfaċċaw l-ewwel raves, magħrufin bħala SIN Parties. Dawn tal-aħħar, b’mod partikolari, ħolqu kontroversji kbar anki f’Malta. It-tielet kapitlu jittratta s-sess li jiġi pprattikat bħala divertiment u l-analiżi tiċċentra fuq il-figura femminili u l-mod kif hi pproġettata fir-rumanzi. L-istudju jirreferi għal numru ta’ osservazzjonijiet mil-lenti Femminista tat-tieni mewġa, partikolarment ix-xogħol ta’ Kate Millett. Fl-aħħar parti ta’ dan il-kapitlu ġiet applikata t-teorija tal-Ħarsa fallika, proposta mill-femminista Laura Mulvey, li wkoll tikkontribwixxi għall-analiżi ta’ kif il-mara tiġi ttrattata, speċjalment fir-rumanz Paceville ta’ Sammut. Ir-raba’ kapitlu jikkonċentra fuq id-droga bħala divertiment fir-rumanzi. F’dan il-kapitlu tiġi diskussa l-kultura tad-droga, kif din tidher fir-rumanzi u titqabbel mat-tagħrif storiku tas-suġġett, kif ukoll mal-letteratura barranija li wkoll tinteressa ruħha mill-aspett kulturali tad-droga, b’kittieba kontemporanji Brittaniċi bħal Irvine Welsh u Niall Griffiths, meqjusin bħala ikoni tal-ġenerazzjoni Ecstasy. Il-ħames kapitlu jiffoka fuq il-mużika. F’dan il-kapitlu tingħata ħarsa lejn it-tipi differenti ta’ mużika li nsibu referenzi għalihom fir-rumanzi. Hawnhekk tidher sew iddifferenza bejn it-tliet kittieba, speċjalment bejn Sammut u t-tnejn l-oħrajn, fit-trattament tar-referenzi kulturali.
Description: B.A. (Hons)(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79975
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2021
Dissertations - FacArtMal - 2021

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
21BAMAL013.pdf
  Restricted Access
7.32 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.