Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8820
Title: | Ir-registru tat-tisjir tal-helu bl-ilsien Malti |
Authors: | Mizzi, Veronica-Lynn |
Keywords: | Desserts -- Malta Cooking -- Malta Maltese language -- Variation |
Issue Date: | 2013 |
Abstract: | L-ikel għall-bniedem mhux sempliċiment ħtieġa imma wkoll xogħol u delizzju, u minħabba f’hekk it-tradizzjoni kulinarja madwar id-dinja hija waħda kbira. Pajjiżi differenti jinfluwenzaw lil xulxin fit-tisjir tagħhom bl-introduzzjoni ta’ diversi ingredjenti tipiċi ta’ pajjiżi partikolari. L-ikel fih innifsu u l-platti tal-ikel ippreparati kapaċi jindikaw mhux biss status soċjali ta’ min jiekol imma wkoll il-kultura u ċ-ċiviltà tiegħu. Għaldaqstant, l-ikel huwa mezz importanti sabiex jiddefinixxi l-identità kulturali ta’ soċjetà partikolari. F’Malta, insibu tradizzjoni kulinarja kbira minħabba l-influwenzi li ġabu magħhom bosta ħakkiema barranin bl-introduzzjoni ta’ ikel ġdid. Jidher li hemm diversi fatturi li jinfluwenzaw id-dieta ta’ poplu, fosthom id-drawwiet u t-tradizzjonijiet ta’ pajjiż. F’Malta, fattur importanti huwa r-reliġjon fejn miegħu nassoċjaw tipi ta’ ikel differenti fi żminijiet differenti u anke xi restrizzjonijiet ngħidu aħna fi żmien ir-Randan meta jiġi inkoraġġut is-sawm. Bħala pajjiż, m’aħniex neqsin mit-tradizzjoni tal-ikel, l-aktar fejn għandu x’jaqsam il- ħelu tradizzjonali. Dwar il-ħelu tradizzjonali, wieħed jista’ jsib għadd ta’ riċetti adattati għal kull żmien tas-sena, mill-festa ta’ San Ġużepp, għar-Randan u l-Għid il-Kbir, il-festa tal-Mejtin kollha u l-Milied fost l-oħrajn. Wisq probabbli li dawn il- ħlewwiet tradizzjonali oriġinaw mill-klassijiet popolari u baqgħu jintirtu permezz tat-tradizzjoni orali mill-omm għall-bint sakemm dawn finalment ġew stampati. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8820 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2013 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
13BAMAL021.pdf Restricted Access | 1.77 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.