Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8840
Title: Id-duwalizmu filosofiku f'siltiet narrattivi mil-letteratura Maltija
Authors: Scicluna, Gianluca
Keywords: Dualism in literature
Philosophy in literature
Psychological literature -- Malta
Issue Date: 2013
Abstract: Id-duwalità huwa kunċett filosofiku rikorrenti ħafna, u fil-kultura Maltija huwa importanti ħafna anki għaliex hu parti mill-viżjoni Mediterranja tal-ħajja. Id-duwalità tixref f’bosta oqsma tal-ħsieb u tal-azzjoni f’Malta. Permezz tal-qari u tar-riċerka għal din it-teżina ksibt informazzjoni filosofika fuq il-kunċett innifsu. Dan kien meħtieġ ħafna biex stajt nistħarreġ elementi filosofiċi fil-Letteratura Maltija u dejjem b’riferiment għal ideat fondamentali fl-istorja tal-ħsieb. Letteratura u Filosofija huma meqjusin bħala sħab ta’ xulxin. F’din it-teżina beħsiebni naqsam ix-xogħol f’introduzzjoni mimlija teoriji filosofiċi li għenuni biex nibda nikteb u nibni pedament sod dwar il-kunċett innifsu. Wara l-introduzzjoni hemm tliet kapitli li jikkonsistu fil-kritika u ideat filosofiċi kollha marbuta mad-duwaliżmu. F’dawn il-kapitli ħadt diversi awturi Maltin li fix-xogħlijiet narrattivi tagħhom hemm ħjiel ta’ duwaliżmu f’xejra jew oħra. Se nispjega s-siltiet li nislet u noffri spjegazzjoni letterarja u filosofika għalihom. Barra minn dan se nitkellem dwar kif id-duwaliżmu preżenti f’dawn il-kitbiet għen biex it-tifsira toħroġ aħjar u b’mod ċar. Fl-isfond ta’ dan kollu hemm tradizzjoni filosofika twila li tibda minn żmien Platun u Aristotli; u tasal sa Descartes u l-eżistenzjalisti.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8840
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
13BAMAL024.pdf
  Restricted Access
1.11 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.